27 August 2009

AUSTRALIAN MULTICULTURAL BIBLIOGRAPHY


BIBLJOGRAFIJA MULTIKULTURALI

Ghal dawk li jinteresaw ruhhom fil-kittieba Maltin barra minn Malta, ta’ min ikun jaf li f'Mejju ta' l-1992 l-Università ta' Deakin fil-Victoria harget ktieb jismu "A Bibliography Of Australian Multicultural Writers". Ir-ricerka ghal dil-pubblikazzjoni bdiet daqs 20 sena qabel u kienu hargu edizzjonijiet bikrija u qosra ta' dil-kollezzjoni. L-informazzjoni ghal din l-edizzjoni ngabret mill-akkademici Sneja Gunew, Lolo Houbein, Alexandra Karakostas-Seda u Jan Mahyuddin. Dawn jahdmu ferm ghall-progress tal-kittieba multikulturali fl-Awstralja. Tant hu hekk li fl-Università ta' Deakin infethet sezzjoni fejn jinzammu l-kotba etnici.
Il-kittieba multikulturali jitqiesu hekk fuq il-kriterji li dawn ikunu twieldu fl-Awstralja jew barra, li m’humiex Aborigini, u li jkunu gejjin minn razza fejn il-lingwa primarja m'hix l-Ingliz. Ghalhekk f'dal-ktieb insibu awturi bhall-poeta maghruf Awstraljan Henry Lawson li, ghalkemm hu twieled fi N.S.W., kellu missieru Norvegiz li biddel kunjomu minn Larsen.
Il-Bibljografija ta’ 291 pagna tigbor fiha aktar minn 900 awtur li bejniethom ippublikaw xoghol fi 38 lingwa. Il-kittieba li xi whud minnhom huma tat-tielet generazzjoni jiffurmaw madwar 100 grupp etniku.
Niehdu gost insemmu li numru sabih ta' awturi Maltin jidhru f'dal-ktieb. Dawn huma, f'ordni alfabetika, Joe Abela, Baldass Armato, Rigu Bovingdon, Manwel Cassar, Maurice Cauchi, Gorg Chetcuti, Joseph Chetcuti, Albert Marshall, Rosanne Musu, Manwel Nicholas-Borg, Joe Saliba u Barry York.
Dan it-taghrif kont hrigtu fil-gazzetta IL-MALTIJA ta’ Victoria f’Dicembru, 1993.

No comments:

Post a Comment