EJJA, MULEJ ĠESÙ.
Dalwaqt niftakru fil-Passjoni u l-Irxoxt ta' Sidna Ġesù
Dalwaqt niftakru fil-Passjoni u l-Irxoxt ta' Sidna Ġesù
Kristu. Tajjeb li nqawwu qlubna u naħsbu ftit fit-tieni
miġja tiegħu meta tibda s-saltna tiegħu fuq id-dinja
u Hu jkun, kif kien imħabbar fil-Bibbja,
is-Sultan tas-slaten.
CHRISTUS REX
Kemm jgħaddu ċentinarji,
u l-festa tiġi u tmur!
Kif jgħibu l-istaġuni
maħruba bħal mutur!
Jittieklu l-monumenti,
imutu n-nies bl-eluf,
u waqt li nħaffru l-oqbra
jittawlu t-tfal mill-ġuf.
Kuntrasti u paraguni,
tixwix, gwerer u ġlied,
saltniet jitkissru u frakhom
jitħalla lill-werriet.
Fruntieri jaqgħu f'lejla,
bliet kbar jisfaw deffun,
min jibki kollu dmija,
u min f'daru midfun.
Sa l-anġli jidhru mbeżżgħa!
X'saħta fuq il-bnedmin
li f'roqgħa ħàma jinten
jitqallbu fuq xulxin!
L-uħux ta' Sodom qamu
mill-melħ u mill-irmied,
stenbħu sabiex ilaqqmu
bil-mard subien u bniet.
Tħarsux lura lejn darkom
għax nieżla mis-smewwiet
xita ta' nar u ħġejjeġ.
Aħarbu mill-ibliet!
L-iskrejjen qed iduru,
ix-xfafar misnunin.
Dalwaqt għall-ħaqq jiltaqgħu
l-imqajma mal-ħajjin.
Dalwaqt jinfetħu l-kotba,
dalwaqt il-firda ssir,
dalwaqt flimkien ninġabru
miġbuda biż-żarżir.
Trumbetta wara l-oħra
tgħajjat fl-erbat irjieħ;
il-ġnus waqfu jissemmgħu.
Min hu li qed isieħ?
Dalwaqt b'rogħda tinqasam
il-Għolja taż-żebbuġ,
meta mill-Belt Qadima
jispiċċa d-dħul u l-ħruġ.
Għax Hu l-ewwel li jidħol
mill-bieb imħejji għalih
f'Ġerusalem il-Ġdida
fejn kollox hemm sabiħ.
Araw dik in-nixxiegħa
ħierġa minn taħt l-altar,
mal-ġnub siġar li jfejqu
kull mard, uġigħ u mrar.
Ejjew immissu l-weraq,
nixorbu l-ilma ċar;
hemmhekk l-istess inkunu,
hemmhekk m'hemmx għonja u fqar.
Hemm biss saltna ta’ mħabba
li tilħaq kullimkien,
kull rokna, ġens u bniedem.
Dinjitna saret ġnien!
JOE SALIBA
14.5.1992
CHRISTUS REX
Kemm jgħaddu ċentinarji,
u l-festa tiġi u tmur!
Kif jgħibu l-istaġuni
maħruba bħal mutur!
Jittieklu l-monumenti,
imutu n-nies bl-eluf,
u waqt li nħaffru l-oqbra
jittawlu t-tfal mill-ġuf.
Kuntrasti u paraguni,
tixwix, gwerer u ġlied,
saltniet jitkissru u frakhom
jitħalla lill-werriet.
Fruntieri jaqgħu f'lejla,
bliet kbar jisfaw deffun,
min jibki kollu dmija,
u min f'daru midfun.
Sa l-anġli jidhru mbeżżgħa!
X'saħta fuq il-bnedmin
li f'roqgħa ħàma jinten
jitqallbu fuq xulxin!
L-uħux ta' Sodom qamu
mill-melħ u mill-irmied,
stenbħu sabiex ilaqqmu
bil-mard subien u bniet.
Tħarsux lura lejn darkom
għax nieżla mis-smewwiet
xita ta' nar u ħġejjeġ.
Aħarbu mill-ibliet!
L-iskrejjen qed iduru,
ix-xfafar misnunin.
Dalwaqt għall-ħaqq jiltaqgħu
l-imqajma mal-ħajjin.
Dalwaqt jinfetħu l-kotba,
dalwaqt il-firda ssir,
dalwaqt flimkien ninġabru
miġbuda biż-żarżir.
Trumbetta wara l-oħra
tgħajjat fl-erbat irjieħ;
il-ġnus waqfu jissemmgħu.
Min hu li qed isieħ?
Dalwaqt b'rogħda tinqasam
il-Għolja taż-żebbuġ,
meta mill-Belt Qadima
jispiċċa d-dħul u l-ħruġ.
Għax Hu l-ewwel li jidħol
mill-bieb imħejji għalih
f'Ġerusalem il-Ġdida
fejn kollox hemm sabiħ.
Araw dik in-nixxiegħa
ħierġa minn taħt l-altar,
mal-ġnub siġar li jfejqu
kull mard, uġigħ u mrar.
Ejjew immissu l-weraq,
nixorbu l-ilma ċar;
hemmhekk l-istess inkunu,
hemmhekk m'hemmx għonja u fqar.
Hemm biss saltna ta’ mħabba
li tilħaq kullimkien,
kull rokna, ġens u bniedem.
Dinjitna saret ġnien!
JOE SALIBA
14.5.1992
No comments:
Post a Comment