RIGU BOVINGDON
Rigu (Roderick) Bovingdon twieled H’Attard fl-1942 minn Rebekka Debono u Henry Charles Bovingdon, Ingliz imwieled l-Afrika t’Isfel. Wara xi snin is-Seminarju siefer ma’ familtu u wasal l-Awstralja fl-1959.
Hadem go fabbrika tal-hwejjeg, imbaghad ma’ kumpanija tal-inxurjans, dahal ma’ tal-Muzew u studja mal-Patrijiet Kapuccini.Telaq u beda x-xoghol tieghu bhala infermier psikjatriku waqt li kompla jistudja l-psikologija u l-psikjatrija minfejn spicca mjegat bhala Ufficjal Amministrattiv mal-Gvern Statali ta’ N.S.W.
Fl-1965 izzewwweg lil Iris Pace u ghandu zewg subien.
Il-kontribuzzjonijiet tieghu huma varji u mumeruzi: ko-pijunier tad-diska Maltija fl-Awstralja; ghannej u kantawtur; awtur ta’ studji serji ta’ kritika letterarja u lingwistika; intervistatur ma’ personalitajiet prominenti Maltin u barranin; kelliemi fuq ir-radju etniku dwar il-lingwa taghna l-Maltin; minn tal-ewwel li ghaqqad klassi ghat-taghlim tal-Malti fl-Awstralja; jinpenja ruhu fil-gurnalizmu u r-ricerka storika dwar l-ewwel Maltin li ssetiljaw fl-Awstralja; u kiseb il-bacellerat fl-Arti bl-Unuri fil-Lingwistika mill-Universita’ ta’ Malta. Fi ftit kliem, Rigu “sikwit spikka fl-art il-gdida, fost il-protagonisti ewlenija fit-tmexxija tal-Kawza Maltija”.
Awtur tal-kotba ta’ poeziji BEJN HALTEJN u APORIJA u ko-awtur m’ohrajn fl-Awstralja tal-pubblikazzjoni IRJIEH. Wiehed mit-tliet rebbieha tal-Premju Francis Ebejer bid-dramm tieghu TABU’.
MILL-GDID MALTI
Mhux lewn il-gilda jew kunjom idakkrek;
il-Bajda u Hamra biss qatt kelli f'qalbi.
Tas-safa l-bjuda, minn gebbieda twila
ta' qalbenin Maltin; kburin bil-hmura
ta' demm, ibaqbaq l-ghajta ta' gensih.
U Bajda u Hamra biss qatt kienet fija,
li f'namra kolonjali mn'omm rahlija,
ma' l-Union Jack, intrabtet il-bandiera
u tnissilt jien; wild l-Anglu ma' Maltija.
Go rahal eqdem minn Stonehenge jew Mnajdra,
fejn jekk tissemma' sew, il-eku taqbad
tal-vina pura -- wild il-art Maltija.
Kemm bkejt! Ghalejt! Turmenti kbar ghaddejt
bla hadd li jifhem tal-gewwien l-ugigh!
Kemm ljieli twal tqallibt u dmughi carcru
fil-qalb ta' qalbi nrahham il-gustizzja!
Mill-guf matern mibzuq, snin twal, imcahhad,
nittallab, bhall-mofqara, drittijieti.
Meghlub, mifni, miflug, imghattan, mghakkes --
l-imhabba ma tlift qatt ghall-ideal.
Ghotort! Inxift! il-hajr’ ghall-hajja tlift!
'Ma kliemi, ghelmi, ghozzti, kollhom kxift.
Wil-Bajda w Hamra li fic-cpar inhbiet
ghal ftit waqtiet, minghajr ma qatt intfiet
ghalkemm imkasbra mill-gewwien tad-dar,
bil-gamar tat-trobbija baqghet fija
sakemm wara kalvarju ta' turmenti,
mill-gdid fuq l-orizzont ilmiet id-dija
go qalb li qatt ma cahdet l'hi Maltija.
RIGU BOVINGDON
Dil-poezija ghandha 88 nota ta’ spjepazzjoni mizjuda mill-awtur.
---------------------------------------------------------------------
ANALIZI U XI RIFLESSJONIJIET
WARA LI QRAJT IL-POEZIJA
‘MILL-GDID MALTI’
TA' RIGU BOVINGDON
(STUDJU KRITIKU)
Ghal xi raguni jew ohra, ghadd sabih ta' poeti Maltin sabu ruhhom fizikament barra minn Malta, bhala turisti, ghal xi avventura, ghall-istudju jew ghax-xoghol. Ohrajn immaginaw ruhhom f'artijiet barranija. Hafna minnhom hallewlna l-esperjenzi taghhom fil-kitba. Hemm differenza kbira fi hsibijiet il-poeta li jsiefer bl-immaginazzjoni biss, jew l-iehor li jhalli Malta ghal xi ftit zmien ghax jaf li ghandu jmur lura, jew l-iehor li jsiefer bil-ghan li jissetilja f'pajjiz iehor, bhall-Awstralja. It-tielet tip ta' poeta Malti emigrant aktarx jasal zmien meta jhossu mifrud, maqtugh, izolat minn Malta. Mhux ta' xejn, mela, li, fil-poezija tieghu 'L-Ghanja Ta' Wiehed Imsiefer' fil-ktieb NIRIEN, il-poeta Karmenu Vassallo jimmagina l-emigrant Malti jitniehed ghall-hlewwa ta' art twelidu. Fil-fehma tieghi dat-tnehid ikun aktar qawwi meta dak l-emigrant ikun poeta wkoll.
It-tnehida tal-poeta Malti-Awstraljan tiehu ghamliet varji, bhal, nghidu ahna, hsus u hsibijiet nostalgici, referenzi diretti u indiretti ghal Malta u l-kultura Maltija, espressjonijiet li jixhdu t-trobbija f'Malta, u lessiku u lingwagg awtentici Maltin. Fil-kaz tal-poeta Malti-Awstraljan Rigu Bovingdon, dit-tnehida kienet rizultat mhux biss tas-safar imma wkoll ta' "drittijiet” michudin lilu.
Nammetti li qabel ma qrajt 'Mill-Gdid Malti' u n-noti fuqha, jien qatt ma kont nobsor li Bovingdon kien klassifikat bhala proxxmu Ingliz u mhux Malti. Infatti, kif jgharrafna hu stess, dam 25 sena (1964-1989) jithabat mal-burokrazija biex jinghad bhala sudditu Malti.
M'ghandix ghalfejn noqghod nigbed fit-tul biex infisser il-hidma letterarja, socjali u kulturali ta' Bovingdon. Inghid biss li hadem qatigh, u xi drabi kien ukoll ta' l-ewwel, qalb il-Maltin u l-barranin fl-Awstralja, biex ilsienna u l-kultura taghna jibqghu hajja u jikbru dejjem izjed. Dan ghamlu, u ghadu jaghmlu, bil-kitba u bil-kelma.
Is-sorpriza tieghi m'hix bla bazi. Fil-versi tieghu ppublikati s'issa, qabel dil-poezija, jien qatt ma rajt xejn li jirreferi ghall-qaghda straordinarja tieghu. Bovingdon ma jidher qatt li kiteb, jew ghallanqas ippublika, xi versi fuq is-sitwazzjoni tieghu ta' wiehed Malti-li-m'hux-Malti. Bil-maqlub, Bovingdon dejjem ftahar b'art twelidu: "ninsab fizikament hawn, spiritwalment ghadni nghix Malta." (INTERVISTI -- Jitkellmu Kittieba Maltin-Awstraljani, Joseph Chetcuti, Phillip Institute Of Technology, 1985, p. 38). Hekk kiteb fuqu Oliver Friggieri fid-dahla ghal ktiebu BEJN HALTEJN (1982): "Dan il-qtugh mill-pajjiz hu reali, izda ma jmissx it-territorji ta' l-ispirtu." Friggieri jishaq fuq l-elementi l-aktar qawwija tal-ktieb, jigifieri l-imhabba, ir-rispett u l-passjoni ta' Bovingdon lejn art twelidu.
B'dis-sorpriza tieghi ma rridx inwarrab il-possibiltà li jista' jkun hemm xi referenza ghall-qaghda Bovingdonjana fil-versi li hareg. Fil-ktieb tieghu BEJN HALTEJN u fl-iehor IRJIEH (1986) li tieghu hu ko-awtur, wiehed jista' forsi jara xi hjiel ta' izolament spiritwali u abbandun, kagun tac-cahda tac-cittadinanza Maltija. Kollox jiddependi kif wiehed jinterpreta l-versi. Niehu xi ezempji mill-ewwel ktieb. Ghalkemm mhux imfisser car u tond, ma nistaghgibx jekk Bovingdon kellu f'mohhu jew fis-sukkonxju din ic-cahda u r-reazzjoni naturali tieghu meta kiteb il-poezija 'Illuzjoni' (p. 25):
Bit-tbissima fuq xoffejja,
O kemm nistor dipressjoni!
Kulma ridt u hlomt f'zghoziti
Illum sibtu illuzjoni.
Naraw f'dal-versi mumenti ta' tnehid gewwieni, qtigh il-qalb u ghaja mentali. Tinghafas il-qalb tal-poeta waqt li jipprova juri wicc ferhan, hu u jzomm go fih l-insult kbir li ghamillu hajtu xmara ta' niket. Fl-istess ktieb, Bovingdon ghandu poezija bl-isem 'Il-Ballata Ta' Truganini' (p. 26). Truganini kienet l-ahhar principessa jew mexxejja aborigni fit-Tazmanja qabel ma l-Ewropej tefghuha l-habs u qatluha. X'seta' harrek lill-poeta li jikteb fuq dil-grajja sewda fl-istorja kolonjali ta' l-Awstralja? Forsi hass li kellu mitt ragun li jidentifika ruhu maghha, ghax bhalu, hi kienet vittma ta' dawk li ma kellhomx jedd fuqha u fil-fatt hi nqatlet f'pajjizha stess. Ix-xebh fiz-zewg cirkostanzi hu ovvju.
It-tbatija psikologika tal-poeta minhabba n-nuqqas ta' gustizzja immeritata, ghandha mnejn tixref ukoll f'xi versi ta' IRJIEH. Per ezempju, f''Qirda' (p. 101) jisthajlu, forsi, bhat-tajra tal-passa li tinqered fejn hasbet li ser issib l-hena u l-mistrieh? It-tajra ssib il-mewt fejn xtaqet li ssib il-hajja. Gralu hekk il-poeta, simbolikament? Ihossu mitluf, miftum u nieqes minn xi haga essenzjali tal-hajja fil-poezija 'Meta L-Qalb' (p. 95):
Meta l-qalb ma tkunx f'sikkitha
.....
thossha zejda, imkeccija.
U l-mewt tal-mahbub missieru fl-elegija 'Lilek' (p. 98) tnikktu u fl-istess hin tfarrgu bil-fatt li missieru m'ghadux ibati bhalu, f'did-dinja ta' wgigh u niket. Izda hu, il-poeta, ghadu jissielet kontra l-ingustizzji li sarulu. Min miet qed jistrieh:
m'hemmx niket ghal min heles mit-tbatija.
Minkejja l-ftit versi mferrxin li semmejt li wiehed jista' jinterpretahom bhala hjiel zghir tal-glieda gewwinija ta' Bovingdon, is-suggett shih tal-poezija 'Mill-Gdid Malti' hu gdid ghalija. Dil-bicca xoghol letterarja-awtobijografika nisthajjilha sajjetta u raghda mhux mistennija: sajjetta, ghad-dawl gdid li titfa' fuq il-hajja tal-poeta, u raghda, ghall-effett taghha li ghadu jdamdam f'mohhi.
Issa nigu ghall-poezija nfisha. Il-hsieb taghha hu r-realtà tas-sitwazzjoni partikulari ta' Bovingdon. Mitwieled Malta minn omm Maltija u missier Ingliz, il-poeta kien meqjus Ingliz skond il-ligi. Madankollu hu dejjem ghodd lilu nnifsu bhala Malti. L-identità tieghu ma setghetx tkun ghajr dik Maltija. Fuq hekk, thabat hafna biex ikun maghdud ufficjalment bhala sudditu Malti. Minkejja t-tfixkil u n-nuqqas ta' kooperazzjoni minn hafna nahat, il-glieda ta' 25 sena fl-ahhar spiccat favur tieghu. L-akbar xewqa ta' hajtu rnexxiet. Id-dawl rebah fuq id-dlam. Biex wiehed jifhem ahjar id-dettalji ta' dal-kaz in-noti ta' l-awtur huma essenzjali.
Il-process tal-kitba li Bovingdon jiehu f'idejh biex jaghtina l-messagg tal-versi tieghu bl-istadji mehtiega sakemm jasal ghas-soluzzjoni tal-problema tieghu, jibda billi jistabbilixxi l-identità tal-poeta, bniedem li twieled Malta u li kiber f'dak l-ambjent. L-enfasi qieghed fuq twemmin l-awtur li hu, bla ebda dubju, "wild il-art Maltija", wild dak il-gens b'demm ahmar ibaqbaq, mimli qlubija u kburija, bicca mill-"vina pura" li gejja mill-ibghad zminijiet. L-abjad tal-bandiera Maltija jinhass bhala simbolu ta' gens safi, fis-sens li hu uniku u gej mill-boghod, car u identiku. L-ahmar tal-bandiera jirrifletti l-qlubija tal-Maltin. Il-kelma "qalb", ma' xi kliem iehor li gej minnha, tidher hames darbiet matul id-29 vers tal-poezija. Ghax il-qalb minn dejjem kienet sinonima ma' l-imhabba, ma tidhirx li hi xi kumbinazzjoni li l-awtur dahhal dil-kelma daqshekk drabi, bhala xhieda ta' mhabbtu lejn artu li bdiet ma' twelidu f'H'Attard. L-importanza ta' l-identità Maltija tieghu tizdied aktar meta jtarrfilna li H'Attard hu aktar qadim mill-bini arkeologiku ta' Stonehenge jew l-Imnajdra.
F'BEJN HALTEJN niltaqghu ma' hafna referenzi ghall-imhabba tal-poeta lejn Malta, poeziji bhal 'Tfuliti F'Malta' (p. 60), 'Lil Filfla' (p. 17), 'Quddiem L-Istatwa Ta' Ninu Cremona' (p. 41), u 'Lill-Gens Malti' (p. 13). F'din ta' l-ahhar jinghaqdu flimkien l-imhabba, il-qima u r-rispett ta' Bovingdon lejn art twelidu:
Ja Malta! Malta Tieghi!
Daqs ommi nqimek jiena.
Fil-poezija 'Lilek' (p. 90) f’’IRJIEH jiftakar b'ghozza kbira dawk il-jiem li qatta' ma' missieru jigri fil-kampanja Maltija. Kollox ma' kollox, l-identità Maltija li l-poeta jhoss li saret bicca mill-personalità tieghu, tidher mill-ghazla tal-lessiku u l-lingwagg, mis-sensibiltà ta' l-awtur u mill-bixra ta' l-atmosfera lokali li ma tistax titfixkilha ma' ta' xi artijiet ohra. Il-kunjom u l-lewn tal-gilda ma jghoddu xejn fid-decizjoni ta' min hu u m'hux Malti tassew. Il-qalb u l-imhabba u l-lealtà assoluta jiddeciedu li twieled Malti u li hu tassew "wild il-art Maltija".
Il-paradoss fl-adorazzjoni tal-poeta ta' artu jinsab fir-realtà ta' kif in-namur, l-imhabba u l-ghaqda ta' zewg mahbubin, ragel Ingliz u mara Maltija, gabulu did-dilemma f'hajtu. L-irbit taz-zewg nahat ta' razztu, bil-kuntrasti u l-paraguni li jirrizultaw minnhom, jixirfu fl-uzu ta' gruppi ta' kliem maghzulin ghal dan l-effett. Fuq in-naha tar-razza t'ommu ghandna "omm rahlija", "rahal eqdem", u "Mnajdra"; u fuq in-naha ta' gens missieru nsibu "Stonehenge", "anglu", u "Union Jack". U fuq kollox jaqa' d-dell ta' "namra kolonjali", li flok ma gabet hena u risq f'hajjet il-poeta sensittiv, gabet in-niket u c-cahda.
Hasra li r-rizultat ta' l-imhabba tal-genituri kien ta' "turmenti kbar" ghall-poeta minn hafna mkejjen. Hadd ma kellu s-setgha jifhem l-ugigh ta' qalb li ghadda minnu, waqt li bhal tallab saqqaf wiccu biex tintwera gustizzja. Imma l-gustizzja baqghet ghamja u truxa. Hekk imwarrab, minsi u michud, hassu "mill-guf matern mibzuq", deskrizzjoni qawwija u f'waqtha ta' realtà u simbolizmu fejn il-qtugh u l-firda donnhom kienu jghoddu kemm ghal ommu tad-demm u l-laham u kemm ghal ommu l-ohra, Malta. Deherlu li kien irrifjutat, maqtugh, mifrud minn dak li kien tieghu. U "meghlub, mifni, miflug, imghattan, mghakkes", hekk li ddejjaq mill-hajja, Bovingdon ma stahax juri ghommtu ma' haddiehor. Kien hemm dawk li ppruvaw jghinuh u dawk, sahansitra, ta' gewwa, li ddiehku bih minhabba l-entuzjazmu qawwi li wera ghall-ideal.
Wasal zmien meta kien ghoddu qata' jiesu li jirbah il-battalja. Ghal xi waqtiet l-ilwien li tant habb donnhom bdew jisparixxaw taht it-toqol ta' ghommtu, ghalkemm qatt ma tilfu t-tifsira taghhom. L-imhabba u l-identità tieghu baqghu jmexxuh lejn il-quccata ta' l-ideal tieghu. It-triq kienet iebsa, u l-moghdija, mimlija "turmenti kbar", issa nbidlet f'"kalvarju ta' turmenti". It-telgha saret aktar wieqfa, u l-kalvarju seta' sfalu jew mewt dejjiema jew hajja ta' dawl u dija. Il-"gamra tat-trobbija" bhala Malti ssoktat tkebbsu u theggu, b'tama ta' rebh.
It-trijonf misthoqq jaghtihulna bi ftit kliem adattat:
mill-gdid fuq l-orizzont ilmiet id-dija
go qalb li qatt ma cahdet l'hi Maltija.
Jekk is-27 vers ta' qabel dawn it-tnejn ta' l-ahhar huma realistici ghall-ahhar, il-poeta deherlu li l-bidla u r-rebha jitfissru ahjar bi kliem simboliku, mistiku, u ftit li xejn ermetku, bix-xbieha tal-jum wara l-lejl, id-dija wara d-dlam, id-dija fil-quccata ta' kalvarju mdallam. It-tragedja ta' tigribu issa ntemmet kif xtaq hu. Dak li kien imcahhad minnu, issa sar tieghu kif jisthoqqlu. It-tnehida tal-poeta-emigrant-imcahhad inbidlet f'ghajta ta' ferh u celebrazzjoni.
Fil-versi ta' 'Mill-Gdid Malti' Bovingdon irnexxielu jaghtina kwadru haj ta' dilemma risolvuta, ta' kif il-ligijiet umani li, l-ghan taghhom hu li jzommu lill-bniedem qawwi u shih u 'l boghod mit-tigrib, jistghu, f'xi cirkostanzi, jaghmlu l-maqlub u jghattnu 'l dak li jkun taht il-madmad taghhom. Fuq kollox, nitghallmu mill-kuragg u d-determinazzjoni ta' Rigu Bovingdon li wassluh f'dak l-imkien minn fejn hu qatt ma tharrek jew tbieghed spiritwalment. Ghalhekk nifirhu mieghu li hu 'Mill-Gdid Malti'.
15.5.1990
Dan l-istudju ta’ Joe Saliba deher fit-’Taqsima Letterarja’ tal-gazzetta IL-MALTIJA ta’ Marzu, 1997 u fil-pubblikazzjoni ta’ Bovingdon innifsu bl-isem APORIJA (2002).
Ghaziz Sur Bovingdon Jiena Joseph Spiteri minn B'Kara. Kemm il darba smajt bik u bl-interess li tiehu fil-Malti. Smajt li tinsab Malta fuq xi konfernza u nixtieq naqsam mieghek xi hsibijiet.
ReplyDeleteMa nafx jekk tafx il-gidba/kuntradizzjoni li qed nghixu f'Malta. Fil-waqt li l-President Emeritus Fenech Adami kien qalilna li l-Ewropa se jibdew jitkellmu bil-Malti, il-verita hi li f'Malta, hafna Maltin (nkoragguti mill-Gvern) jippreferu juzaw l-Ingliz! Il-gurnal (tal-Gvern) Il-Mument, darba fix-xahar johrog suppliment (Life&Style).. kollu bl-INGLIZ. Certu Richard Muscat Azzopardi qed johrog magazine - jismu VIDA u jqassmu b'xejn f'kull
dar - kollu ...bl-INGLIZ. L-Onor Chris Said ghadu kemm ippublika dokument fuq il-Kunsilli Lokali (sa fejn naf jien) kollu bl-INGLIZ. Hafna ufficjali gholja tal-Gvern jammettu (x'uhud minnhom jiftahru) li jsibu diffikulta jiktbu bil-Malti. Kull progett tal-Gvern pront jivvintawlu isem bl-INGLIZ: l-imhazen ta' Pintu saru l-Waterfront, kellna l-Valletta Rehab. Project; l-imbarazz narmuh fil-Bring in Sites... the list goes on! Dan biex ma nsemmux it-tifrik tal-Malti li tisma' fuq ir-radjijiet (gazzetti ma nixtrix allura ahjar ma nikkummentax fuqhom!)
Qed nghidlek dan mhux biex niskoraggik, imma biex nghinek taghraf sew l-intenzjonijiet ta' min (nissuspetta) li jkun irid jehles minnek pulit bla ma jiksrek.
Nirringrazjak tal-hin tieghek u niehu gost jekk tirrispondini (fuq 'gewnah@go.net.mt' ghax ma tanttx jien mithla tal-blogs)
Nselli ghalik. J Spiteri
21496159