12 December 2009

KEMM DHAKNA META MIET (NOVELLA)

(skecc li pingejt tan-nannu Karmnu meta kelli xi erbatax-il-sena)

KEMM DHAKNA META MIET!

NOVELLA QASIRA

RAKKONT TA’ GRAJJA VERA

In-nannu Karmnu u n-nanna Karmni, il-geneturi ta’ missieri, kellhom personalitajiet differenti hafna minn xulxin. In-nannu Karmnu kien ragel ta’ sudizzjoni, ihobb id-dixxiplina u jaghmel kollox bil-galbu u bl-ordni. In-nanna ma kienet tinkwieta fuq xejn.
Niftakar li n-nannu Karmnu qatt ma rajtu barra mid-dar. Minhabba r-roghda li kien ibati biha ma kienx b’sahhtu bizzejjed biex jitla’ jorqod fuq u ghalhekk kellu s-sodda tieghu isfel, f’kamra li fiha kien hemm ukoll mejda tal-ikel, gradenza u kaxxaforti li ma kien ihalli lil hadd jiftahhielu. Kien imdorri jqum fl-gherba ta’ filghodu u jorqod gha xi l-hamsa ta’ filghaxija. Meta kien jasal ghalih il-hin tal-irqad, ma kienx jahsibha darbtejn biex jghidli nbaxxilu d-dawl tal-lampa tal-pitrolju u nitla’ fuq il-kaxxaforti u naghalaqlu t-tieqa halli jorqod. Ghalija dak kien sinjal li kien wasal il-hin biex inparpar ’il barra.
In-nanna Karmni kienet taghmel ghal zaqqha. Ma kinetx tisma’ ghaddej bejjiegh li ma kinetx tinzel tara x’ghandu. U x’ma kinetx tixtri? Bigilla, cicri tal-qatta, bajtar tax-xewk, rizzi, gelat, jew frott. U fil-but tal-libsa twila taghha dejjem xi bicca cikkulata. Meta bdiet tixjieh sewwa qabditha d-dijabete u bdiet titlef id-dawl t’ghajneha u l-memorja.
Lin-nannu Karmnu kemm-il darba smajtu jghid li dejjem xtaq li jmut qabel in-nanna ghax ma felahx jaraha tbati, issa li kienet kwazi ghamiet ghal kollox, mohhha kompla jehfief u bdiet titlef aktar il-memorja. U hekk gara. Jum wiehed ghall-habta ta’ l-erbgha ta’ filghodu gew jghidulna li n-nannu kien qed imut. Morna nigru ghandu. Meta wasalna sibna lin-nannu mixhut f’soddtu bil-qassis bilqieghda fuq siggu hdejn rasu, u l-girien u tal-familja bilwieqfa mhassbin ma jghidux kelma bejniethom. Wicc imb wicc mieghu rajt u smajt lill-qassis jghid lin-nannu, “Karm, Karm, ghid warajja. Gesù, henn ghalija. Gesù, henn ghalija...” Minn fomm in-nannu ma hargetx kelma. Il-qassis rega’ bl-istess kliem ghal hafna drabi. U l-istess. Xejn.
In-nanna Karmni li kienet f’dik il-kamra, imma ma kinetx taf x’qed jigri minhabba l-problema tal-memorja u n-nuqqas tad-dawl t’ghajnejha, staqsiet, “Jaqaw xi hadd qed jghidilna biex nitolbu mieghu?” Xi whud tbissmu u harsu lejn xulxin waqt li gelben id-dmugh mill-ghajnejn. Hadd ma tkellem. Imbaghad kompliet, “Mela, ejjew ninzlu gharkopptejna u nitolbu...Gesù, henn ghalija. Gesù, henn ghalija...” U baqghet sejra hekk, waqt li zdied il-biki, u bdew dehlin aktar nies. Wara ftit il-qassis dar fuqna, u bilkemm jinstema’, qalilna, “Halliena. Halliena.”
Hafna minn dawk li kienu hemm baqghu fil-kamra t’isfel waqt li tal-familja tellghu lin-nanna fil-kamra taghha fuq u dahhluha bil-mod il-mod fis-sodda. Min qaghad bilwieqfa madwar is-sodda u min pogga bilqieghda, kulhadd ihares lejn in-nanna b’dawk l-ghajnejn cassi taghha jharsu ’l quddiem u minghajr espressjoni ta’ xejn. Wahda min-nisa li kien hemm, hi u tmellsilha wiccha bil-Hlewwa u b’lehenha miksur u mbikki, fl-ahhar qalet lin-nanna, “Karm, in-nannu Karmnu miet!” U n-nanna wiegbet fil-pront, “Miet, miet, miet, fuq erba’ ravjuliet!” Ma kinetx kelma. Infexxejna nidhku u ma stajniex nieqfu. Id-dmugh tal-biki nbidel fi dmugh tad-dahk. U n-nanna baqghet sejra hekk bil-kantaliena, “Miet, miet, miet, fuq erba’ ravjuliet!”
Bqajna maghha ftit iehor sakemm, bil-lajma l-lajma, kulhadd nizel isfel. Jien u niezel it-tarag smajtha titkellem wehidha u tghid, “Min miet?” Isfel sibt lin-nannu mejjet stendut fuq il-mejda tal-ikel li minn fuqha min jaf kemm-il darba jien u hu konna kilna flimkien xi haga shuna. Missejtlu wiccu u jdejh. Kienu keshin silg.

No comments:

Post a Comment