07 July 2011

SANTWARJU new Maltese poetry book by JOE SALIBA



SANTWARJU
KTIEB ĠDID TA’ POEŻIJI
TA’
JOE SALIBA
2011

Daqs A5; 72 paġna.
Il-ktieb jinkludi: bijografija, 62 poeżija, ġabra ta’ 45 ħajku, traduzzjoni tal-poeżija ta’ Loiuis MacNeice “Prayer Before Birth” u għadd ta’ kummenti dwar l-awtur u xogħlijietu minn awturi oħra, ħbiebu, reċensuri u kritiċi letterarji antiki u moderni mill-1965 lil hawn. Jagħtu l-fehmiet tagħhom insibu lil Karmenu Vassallo, Dun Frans Camilleri, Karmen Mikallef-Buħaġar, il-Professur Oliver Friggieri, Ġużè Chetcuti, il-Professur Manwel Mifsud, Doreen Micallef, Mario Azzopardi, Achille Mizzi, Albert Marshall, Ġorġ Borġ, Carmel G. Cauchi, Norbert Ellul-Vincenti, Monsinjur L. Cachia, Patrick Sammut, Rigu Bovingdon, Sergio Grech, Dr Adrian Grima, Francis Galea, Manwel Cassar, Manuel Casha, Joe Axiaq, u oħrajn.

Numru ta’ poeżiji ta’ dan il-ktieb jirrifflettu l-ħajja preżenti tal-poeta, bniedem li għalaq 70 sena, b’futur imwiegħer ħtija ta’ mard serju tal-qalb li għalih mhemmx soluzzjoni. Mhuwiex ktieb ta’ niket għax l-awtur jagħraf jagħżel iż-żergħa mill-ħuxlief, jispira ruħu mill-hena tal-ispirazzjoni għall-kitba u l-ġmiel tal-ħolqien ta’ wadwaru, jirrassenja ruħu għall-qagħda li qiegħed fiha u dejjem jipprova jsib xi xaqq ta’ tama għal xi ftit mumenti ta’ faraġ u mistrieħ.

Xi ħaġa stramba din:
għannej b’qalb mingħajr ritmu,
poeta li għalkemm żamm l-armonija
ta’ dawn il-vrus, qalbu kakofonija.
(KAKOFONIJA)

Bħalma għamel dejjem, f’SANTWARJU wkoll il-versi ta’ Saliba huma liriċi u personali bla biża’ li jikteb kif jixtieq u kif iħoss fuq is-sabiħ li jara u l-ikrah li jdejqu.

Il-ktieb SANTWARJU jinsab għall-bejgħ minghand l-awtur.
Ikteb lilu fuq dan l-indirizz elettroniku:
jpasal@optusnet.com.au
Il-ħlas għandu jsir b’forma ta’ Bank Cheque f’isem JOE SALIBA. Dal-ħlas jinkludi l-pustaġġ bl-ajru.
Fl-Awstralja: $10 (Dollari Awstraljani)
Malta: €17 (Euros)
Minn pajjiżi oħra somma ekwivalenti għall-prezzijiet imsemmija.