31 July 2009

IL-MALTIN F'KITBIET AWSTRALJANI

IL-MALTIN F’KITBIET AWSTRALJANI

Waqt il-qari tieghi ta' xoghlijiet ta' awturi Awstraljani sibt xi kitbiet interessanti fejn jissemmew Malta u l-Maltin. Din kienet sorpriza li ferrhitni. Hawnekk ma nistax ingib il-poeziji shah minhabba l-Copyright, u ghalhekk ikolli nikkwota biss xi siltiet 'l hemm u 'l hawn.

Dawn li gejjin huma xi versi mill-poezija 'Playing With My Coronet' ta' Randolph Stow fl-antologija POETS AUSTRALIA CATALOGUE migbura minn Susan Jeffrey (Australian International Press & Publications Pty Ltd, 1978. p. 98). Stow twieled fil-Western Australia fl-1935 u kien ghal xi zmien lettur fl-Ingilterra, fil-Kanada u fid-Denimarka. Huwa maghruf ukoll bhala kittieb ta' rumanzi, l-aktar wiehed famuz tieghu TO THE ISLANDS (1958). Ninnotaw li f'dil-poezija l-poeta Randolph Stow jirreferi ghalih innifsu bhala "Mikiel tal-Awstralja". Ippruvajt infittex l-origini u aktar dettalji ta' dil-poezija imma ma rnexxilix. Mill-kontenut tal-versi u n-noti jidher li l-poeta kien qatta' xi zmien Malta ma' zewg bdiewa, u kiteb dil-poezija wara li kien ircieva ittra minghand il-mara tal-bidwi fejn qaltlu li hi u r-ragel taghha kienu hadu pjacir meta hu kien maghhom fir-razzett.
...I write for you, Vittur, though you won't hear
and Carmelo hasn't ever known my language,
thinking of lamplit meals, when Pastard came
with a sailor's yarn, or to wrestle Guzepp Haddiem;
and of Xidi, with his reliably non-news;
and of MALTA TIBKI LILL-PAPA on your door.
Remembering wine-dark dreams in the midday shade
under the weird green asps of the harrub,
...And the taste of capers fresh from crannied walls...
The Turks of time have scarred our ramparts now,
but pasts endure. Let us, for us, endure,
stubborn as Malta, stubborn as Mnajdra
-- stubborn, Maltin, as you.
Randolph Stow
(Mikiel tal-Awstralja)

Poezija ohra li sibt hi ta' Frank Kellaway bl-isem 'Eros' (OVERLAND, Nu. 100, Melbourne, Settembru 1985, p. 80). Fit-tmeninijiet kelli x-xorti niltaqa' ma' Kellaway meta attendejt Poetry Workshop imtella' minn poetessa Awstraljana Judith Rodriguez u smajtu jaqra xi versi tieghu. F'dil-poezija l-poeta jiftakar meta kien Malta fl-ahhar gwerra. Jidher li kien bahri. Kien jinzel Malta u jmur il-Belt Valletta fi Strada Stretta bhal hafna rgiel ohra tas-servizz. Kien jaf wahda min-nisa t'hemm u kienet hi l-ispirazzjoni ta' dal-versi tieghu. Baqa' jiftakarha. Naghzel xi ftit versi mill-poezija ta' Kellaway.
When mines were popping Eros kept me sane...
A sonnet never could contain this girl,
Julie, who worked in Malta's hungry gut
who sang and pranced like an impulsive gale...
The price arranged she'd give a man her key,
leave him and earn more drinks, bubble and leap,
grabbing another man to whirl and dance...
She was my girl when I got in from sea...
among bombed buildings, a crumbling rubble-heap
in that town of shadows, my permanence.

Giet f'idejja poezija ohra li ssemmi l-Maltin, did-darba l-Maltin ta' Sydney. Fil-ktieb tieghu ta' poeziji THE WAY IT IS (Darling Downs Institute Press, Toowoomba, 1984, p. 102) il-poeta Michael Sharkey ghandu wahda bl-isem ta' 'Merrylands', post fejn hemm hafna Maltin. Il-poeta, waqt li jiddeskrivi l-hajja mghaggla t'hemmhekk, il-hwienet u l-hajja socjali, josserva:
Merrylands has got the biggest Big Mac in the West;
the Chicken Shacks along the main road,
Pizza Hut, the Coolibah; Enrico's eats,
best tucker in West Sydney.
Merrylands has got the biggest homes you ever seen,
Georgie, he's my broth-in-law,
knows everyone, the Muscats,
Camilleris, and the Sammuts, and Spiteris, everyone.

Ghalkemm ftit huma l-ezempji ta' din ix-xorta ta' kitba fuqna l-Maltin, qed nindunaw, jekk naqraw dak li nkiteb minn awturi Awstraljani, li ghallanqas kultant tidher xi haga. Ahjar ftit milli xejn.

28 July 2009

MANWEL CASSAR

MANWEL CASSAR twieled l-Imsida fit-3.1.1933. Fl-1955 izzewweg lil Josephine Spiteri (ghandhom hamest itfal) u fl-istess sena emigraw ghal Melbourne, l-Awstralja. Hadem bhala ghalliem u fic-Civil. Fl-1959 waqqaf L-Ghaqda tal-Letteratura tal-Maltin fl-Awstralja li issa ma tiffunzjonax. Kien President tal-Maltese Literature Group -- Grupp Letteratura Maltija. Kittieb stabbilit, poeta, prozatur u pittur li jesebixxi spiss. Imsieheb f’bosta ghaqdiet letterarji f’Malta u fl-Awstralja, fosthom l-Akkademja tal-Malti. Xoghlijietu nstemghu fuq il-mezzi tax-xandir u dehru f’ghadd kbir ta’ gazzetti, gurnali u antologiji. Jikteb bil-Malti u bl-Ingliz. Kwalifikat bid-Diploma, bil-B.A. u bil-Postgraduate Diploma fl-arti u issa qed jistudja ghall-M.A. fil-letteratura u fl-arti Maltin-Awstraljani. Din il-poezija tirrifeletti, fost hwejjeg ohra, sfond multikulturali fejn jiddomina s-sens storiku Awstraljan.

FIL-KAZIN TAR-RETURNED SERVICES LEAGUE, EAST BENTLEIGH

Ma jixjihux kif ahna
li bqajna hawnhekk nixjiehu.
Ahna lhaqna s-sittin,
ahna lhaqna s-sebghin,
... imm’ahna ma xjahniex,
ahna nizfnu mal-muzika
Spanish Eyes,
Down By The River Side,
You are my sunshine,
my only sunshine
you make me happy
when skies are gray
......
Ilbiesna joqoghdilna,
l-antaccjoli jlellxulna,
sema Texan u smewwiet ohra jitbissmulna,
il-qargha tidhebilna taht il-globu elettriku,
iz-zarbun ibblakkat ileqqilna,
induru cippitatu fuq ponot subghajn saqajna
bhall-qawsalla t’isem il-banda ddoqqilna,
imdendla zaqqna ta]t ic-cinturin.

Huma ma jixjihux -- kif jistghu?

Fit-truncieri tal-qobra middewhom
fl-ahjar ta’ hajjithom,
xagharhom ceda ghall-haxix selvagg,
lahamhom ga miksi bit-trab tat-taqbid
neza’, thallat ma’ l-iehor,
fil-kanali sotterranji ta’ mnifsejhom imekkek igerrem id-dud,
il-hofor t’ghajnejhom jiddemmghu
bix-xita li tnixxi,
ma tistenniex li l-Mewt
tehtieg tistudja l-binja
tal-ghadam uman
jew qieghda tghasses process it-tmermir?

Huma ma jixjihux -- kif jistghu
la l-haj jixjieh?

... Izda lanqas ma xjahna
ahna li nizfnu kull zifna,
ukoll tax-xjuhija,
ghajnejna Awstraljani, Spanjoli, Maltin... ileqqulna,
f’xatt ix-xmara taz-zmien ninhabbu,
ix-xemx thobbna minn smewwiet cari
u l-mahbuba xxemmixna minn smewwiet grizi
fil-pajjiz ixxurtjat.

26 July 2009

VERSI GHAC-CENSURA


VERSI GHAC-CENSURA

Dawn il-versi nixtieq li jkunu xhieda ta’ xi nhoss, x’nahseb, x’nemmen u tigribi ghal nofs seklu fl-Awstralja, ’il boghod minn Malta, b’religjon gdida li habbejt u haddant f’zghoziti meta kelli ghoxrin sena, wara li nqtajt u twarrabt mill-qadima ta’ tfuliti.

MANIFEST TA’ TWEMMINI

Habib, tghoddnix b’Kattolku ghax m’ghadnix.
Fil-kalendarju ta’ kuljum m’ghandix
festi ta’ ‘qaddisin’. It-talb mitruh
ghal dawk li mietu, billi vojt, maqtugh
minn dmirijieti. Nitlob ghall-hajjin.
M’hemmx x’taghzel bejn il-bhejjem u l-bnedmin.
Kohelet qal, il-mejjet ma jaf b’xejn;
il-mejjet mejjet, bla widnejn u ghajnejn;
kelb haj ahjar minn iljun mejjet smat.
U kollox, kollox, frugha tal-frughat!
M’hemmx ‘qaddisin’ ghal talbkom. Lill-mejtin
tweghdulhom fis-smewwiet il-premju bnin
flok qiegh l-infern, il-qabar, fejn kulhadd
ghandu jispicca -- dan huwa l-kuntratt.
Pasprulek li xi angli rribellaw
kontra Alla u saru xjaten jittantaw
lill-bniedem. Ahna x-xjaten, l-ghadu haj
tas-sewwa, ahna s-sriep li gibna l-gwaj
tad-dnub u l-mewt, l-ugigh, is-sahta u l-mard.
Se jkollna f’din id-dinja l-genna fl-art
meta Gesù jkun fostna l-Kmand, sultan
tas-slaten f’hajja eterna ta’ serhan
mill-gwerer u min-niket, l-ghakx u d-dmugh,
fejn mieghu jiggvernaw dawk li jhobbuh,
u l-hlas ghall-imwarrbin id-dlam dejjiem
tal-mewt fil-qabar, bla mistrieh, bla sliem.
M’ghadnix tal-Mara u tal-Bhima lsir.
Dawn tmiemhom wasal u se jkun bil-kbir!
Mela, minn bejn is-seba’ gholjiet, habib,
ahrab qabel il-hruq, l-ghawg u t-tigrib!
Twemmini safi bla tingis pagan.
Slittu mill-Bibbja, mhux mill-Vatikan!

ENCIKLIKA BLA BOLOL

Nahseb li ma smajtux
bl-esperimenti
ta’ sperma muzikali
mal-hajt tal-garigor
fuq xebba illi ommha
kienet tmur tittallab ghal bintha l-ohra
li taparsi riditha
tmurhielha soru.

Lanqas nahseb ma smajtu
bil-hwat
ghall-hasil
tal-hwejjeg
fuq il-bjut ta’ Vincenti Buildings
Triq l-Ifran fil-hamsinijiet
fejn kien jitla’ z-zebbiegh mizzewweg
jahsel
xi zewg sefturi
zghar daqs bintu.

Imma fuq dan li tahsbu:
fid-demm ta’ Dun Gorg Preca
li zamm it-tabib tieghu ghall-fidili
bhala relikwa.

Lil Kristu,
minflok zammejtuh haj fil-qiegh ta’ qalbkom,
qajjimtu x-xbieha tieghu bic-cuqlajti,
ksejtuha bil-vernic u fuq spallejkom
mat-toroq dortu biha
bhal ghogol tad-deheb fin.

Daz-zmien m’ghadhomx jinbnew bazilki bl-indulgenzi
u bwiet il-qassisin m’ghadhomx jittaqqlu
daqs qabel bil-quddies ghall-erwieh mejta
biex ma jinxtwewx fit-tul fil-purgatorju.

Dil-genna kollha ma niflahx ghaliha!

IC-CELEBAT

Qassis modern b’kullar ftit issikkat
xhin irrikkmanda d-dmir tac-celebat
imdejjaq hassu bih u qisu fgat.

RELIKWI

Ma nazzardax nibni l-futur fuq holma
li fit-thewdin tal-mohh webbluni biha.

Hemm min jemmen bir-ruh li tigi taghha
meta fl-infern titbaskat
jew fil-genna
xi darba tmur tithenna.

Ohrajn hsiebhom fis-shab...
fil-qaddisin jitbahhru
bil-mewg ta’ talb fidil jinbaram lejhom
xhin dawk ta’ fuq
b’xita ta’ grazzji
mad-devoti taghhom jerhu jdejhom.

Hemm dawk li jbusu l-brieret
mill-Gharb tal-Gzira Ghawdxija.
Ohrajn li ghal dnubiethom
jehel denb Lucifru
u jghidu m’ghandhomx tort
ghax dak hu l-htija
ta’ kull nuqqas f’hajjithom
u ta’ kull ghelt f’did-dinja
bil-hazen hekk mimlija.

Nisimghu x’jahsbu n-nies sabiex nitghallmu
ghax minn dan l-gherf dejjem niehdu xi haga
u m’hemm xejn mohli,
imma sikwit,
billi l-fehmiet jinbidlu,
jew nemmnu fl-ghama,
jew mghammdin ghall-ahhar,
bla hsieb ta’ xejn insibu lil twemminna
li fuqu mxejna u li fih intlifna
qed jixwi lilu nnifsu fiz-zejt moqli.

Ma nazzardax nibni l-gharix
fuq art taflija.

PROFANITÀ

Tghid sirna aghar maz-zmien?...B’diqa ghal missierhom,
Eli l-Qassis il-Kbir, dardru d-dmir taghhom
iz-zewg subien meta fit-Tabernaklu
meddew lin-nisa, raqdu u zienu maghhom.

Il-Mara fuq il-Bhima ggieghlek tirkeb
warajha u kif l-Unjoni Ewropea
tqassam lill-imsehbin, lilek tbamballek
spiritwalment il-mard tal-gonorea.

Kanonku f’nofs il-kor jintona s-salmi,
joffri l-inbid u l-ostja fuq l-artal,
minn fuq il-pulptu jishaq fuq is-safa,
imbaghad fis-sagristija jmiss ’it-tfal.

Mhux talli flok tezor sibt il-flus foloz
meta l-ghalqa qallibt u bdejt inqejjes,
anzi xammejt jien stess l-ipokresija:
m’hemmx x’taghzel bejn il-briedel u xi knejjes.

L-EWWEL GEBLA

O x’qed jaraw ghajnejja!
Fiex gejna?! Fejn sejrin?!
Tlifna kull direzzjoni
bhal fkieren maqlubin.

Bandist li jhobb inemmes
jiftah malajr hanut
hdejn skola sekondarja
ghat-tfal subien migbud.

Ragel xwejjah tal-qniepen
jiggerra fuq il-bjut
tal-knejjes mnejn it-tifel
jahrablu, jaqa’ u jmut.

Ministri tal-pulitka,
irjus t’ghaqdiet u qrati;
sa gewwa l-presbiterji
b’dan-nies l-irkejjen fgati.

Qassis mghawweg bhall-virga
joqtol ghall-purità
li ghandna lkoll inzommu,
’mma f’hajtu rarità.

U b’ghajb ghal dinu u dmiru
jiehu guvnott id-dar
u juri bi hzunitu
kemm hu bniedem mill-aghar.

Kien zmien meta s-suttani
hsibtuhom jghaxxqu t-triq;
ghosfru, ’mma dell ftit minnhom
baqa’ ghas-suttar u l-bzieq.

Mill-Kurja jmorru jqerru
ghand Borgia l-Bugarrun,
u min jistenna l-barka
minn ghandhom jahbi l-qrun.

Tal-pulptu, tal-pastizzi,
u xi mhallfin tal-mazza,
surmastrijiet u ohra
ta’ kull livell u razza.

O x’qed jaraw ghajnejja!
Fiex gejna?! Fejn sejrin?!
Tlifna kull direzzjoni
bhal fkieren maqlubin.

INVOKAZZJONI

It-tfal fit-triq dejqa dejquha
iwerzqu fil-loghob bil-ballun
quddiem il-bieb taghha u jahasra
imisshom jaghtuha ragun.

L-irqad hu kalvarju ghaliha
bl-istorbju u l-ghajat tal-girien
f’xi pârti kultant meta ’l-muzka
thoss thezzez sas-sebh lis-sisien.

’Mma l-aktar li tgerger, miskina,
ghax tahdem billejl, u binhar
tistrieh mix-xoghol iebes ta’ qahba
li sservi l-klijenti fid-dar.

Qassis qalli tajjeb: kull bniedem
li jaqla’ l-ghajxien ghandu l-jedd.
Tassew! Gharkopptejh jew bilwieqfa,
bilqieghda! U din xhin timtedd!

HADD MHU MA TIEGHU

Illum fiz-zfin tat-tigijiet
hadd mhu ma’ tieghu
hlief Fonzu l-ballarin
jizfen ma’ siehbu
Wigi tat-tamborlin.
’Mma f’nofshom jigru t-tfal
ghax tieg bla tfal bhal zwieg minghajr ulied.

Nifirhu bit-tfal zghar u kif narawhom
qed jikbru
jigi l-hsieb: kemm hi qasira
hajjithom u hajjitna!
Mur ghidlu
lil Pietru tac-Caqquf,
buznannuwi,
li kien fuq skuna ma’ xi hbieb
isalpa
lejn Monte Carlo
biex jilghabhom hemmhekk,
bit-tfal li gew warajh.

Imma lili
Alla halaqni cuc.
Id-dnub li writt ghalija hu dan:
uliedna aktar makakki
minn dan ix-xih ta’ qrib is-sebghin sena.
Jghadduh
minn ghajn il-labra
u bl-ingassi jdawwruh.

Ix-xjuh jghidulna dari mhux bhal zmienna.
Illum m’ghandnix rispett.
Insew l-ghonienel
kemm satru tahthom gwief ta’ demm barrani
li habblilhom giehhom.
Ghall-antenati karfa z-zghazagh taghna
ghax jizzewgu darbtejn; huma li baqghu
imhabba l-knisja, x’jghidu n-nies, u t-tfal.

ULURU

Jigu l-kbarat minn Malta u jparprulna
b’hafna paroli li se jwettqu kollox,
b’weghdi ta’ gid li ftit li xejn jissarrfu
fostna l-imsiefra, imma b’liema hegga
jiddikkjaraw xortina bla ma jfakkru
li dak li ghandna hdimna ghalih, mhux huma
tawhulna shun fuq platt. Gew ghall-kirjanza
u jibqghu jigu sakemm ahna nqumu
minn dan il-hmar il-lejl li qed johnoqna
bl-inhiq giddieb li ghadhom ihobbuna.

Ejjew nifirhu b’rixna ghax jekk innizzlu
l-ghodda li qbadna u nhalluha f’rokna,
nitilfu s-sehem li tajna s’issa: xogholna,
il-kitba, il-kanzunetti, l-ghana taghna,
ilsienna, ir-radju u l-palk. Inbierku
lil dawk tal-bidu fl-oqsma kollha mxierka
m’ohrajn l’ ghadhom jithabtu biex bejnietna
nibqghu maghquda ghall-ahjar. Inzommu
bis-sahha taghna u minghajr ebda rtokk
l-identità li bnejna fuq Ayers Rock.

Nota: Uluru jew Ayers Rock huwa monolit kolossali
f’nofs l-Awstralja, b’dawra ta’ 5 mili, 1000 pied gholi,
u mil u nofs midfun taht l-art. Dan il-post bil-leggendi
u t-tpingijiet antiki tieghu huwa sagru u sinifikanti
hafna ghall-Indigni Awstraljani.

BHALL-HAXIXA TAS-SAQQIJIET

Il-mingel Tork li ried jaghmilna trietaq,
l-iljun Ingliz li skitna taht gerzumtu,
il-pett Nazist li xtaq jghattanna b’rifsu,
u l-imperjalisti
illi ghalihom fettahna
l-haxixa tas-saqqijiet
biex jorqdu fuqna komdi u bla strapazz,
fejn huma llum?
Taru mar-rih jew tkissru jew iddghajfu.
U intom ghadkom hemm,
izda’issa
bhal saba’ tafli
ta’ sieq l-Unjoni Ewropea.

FESTIN

Inhabbru l-mewt
ghal dawk li jisthoqqilhom
u jmisshom jisthu.

Johrog il-bandu biex fil-pjazza jqabbdu
taht kaldarun daqsiex hgejjeg kontinwi
u jitfghu fl-ilma jbaqbaq
lill-viljakki
li jsaltnu ma’ saqajna
jinsultawna
bl-ghemejjel koroh u d-dnubiet
imwettqa
bla sens ta’ ndiema.

Ma’ tmiem il-bandu l-baned b’ritmu mqabbez
idoqqu l-innijiet dwar dil-kefrija
li saret bicca wahda minn hajjithom.

Mal-hoss tat-tamborlin jinstema’ l-biki
ta’ dawk imwaddba fl-ilma li stenniehom.

Is-sindku fl-gholi
jikkalkula l-krizi
ta’ din l-inkwizizzjoni
u kemm nies gew ghal dal-festin ta’ dwejjaq.

OASI WAQT IL-BTALA

Kemm qieghed tajjeb
hawn
gewwa l-Awstralja.

Madankollu
niftakar
waqt il-btala
fdewni xi ftit
il-kxif
tal-monument-tifkira
ta’ Karmenu Vassallo
gewwa s-Siggiewi,
il-Katakombi
ta’ San Pawl ir-Rabat,
Marsaxlokk
u l-Barrakka ta’ Fuq,
xi qraba u hbieb,
u fuq kollox
il-laqghat familjari
ma’ huti fi Kristu,
il-Christadelphians,
Walter, Josephine, Victor, Salvu u Gino,
ma’ Derek u Mike,
oasi ta’ ferh u farag f’dezert Nisrani.

24 July 2009

NOTI MID-DJARJU TIEGHI DWAR IL-POEZIJA


NOTI MID-DJARJU TIEGHI DWAR IL-POEZIJA

Ikteb ghas-sodisfazzjon tieghek u mhux ghall-approvazzjoni u t-tifhir tal-qarrejja. Tistenniex lill-qarrej li jifhem il-versi tieghek kif kellek f'mohhok int. Anzi ahjar li l-qarrej ma jkunx limitat fl-interpretazzjoni ta' vrusek. B'hekk tkun hlaqt livelli differenti li jghinuh jespandi l-emozzjonijiet tieghu u jesplora orizzonti godda.
* * *
Lill-kritiku letterarju ghoddu dejjem bhala bniedem ta' vizjoni wahda tax-xoghol tieghek. Mitt bniedem mitt fehma. Bla ma jrid il-kritiku ta' sikwit jikkritika bi pregudizzju morali, intellettwali, socjali u politiku. Taghtix kas hafna tal-kummenti li jaghmel kritiku li qatt ma ppubblika vers ta' poezija. Il-kritiku letterarju li ghandu lsienu dejjem mimli velenu jitlef il-karriera tieghu. Daqsxejn arseniku hu stimulanti ghall-poeta, imma hafna velenu jeqred lill-kritiku nnifsu b'xi mod jew iehor (David Martin, Overland, 1962-63).
* * *
Aghzel l-istil li thossok komdu meta tikteb bih. M'hemmx differenza bejn stil tradizzjonali u modern, sakemm tohrog poezija tajba. Fl-Awstralja stess ghadna naraw il-poezija tradizzjonali mhaddma mill-ahjar poeti Awstraljani ta' zmienna.
* * *
Il-versi tradizzjonali jehtieg li jimxu dejjem fuq il-metrika fejn jidhlu r-rima, ir-ritmu, in-numru ta' sillabi fil-vers u hwejjeg ohra. Min-naha l-ohra l-poezija kontemporanja ma tfissirx bicca proza mqassma fi vrus biex tidher qisha forma ta' poezija. Iz-zewg ghamliet ta' versi jridu jinhaddmu bil-ghaqal u bis-sengha mehtiega.
* * *
Qis li l-poezija li tikteb ikollha xi haga ta' siwi u mhux hafna kliem vojt.
* * *
Il-versi awtentici ghandhom imissu l-hames sensi u jhalluna f'sens ta' ghogba.
* * *
Il-poeta jehtieg izomm il-kontroll fuq l-immaginazzjoni u d-direzzjoni tal-versi. Dan ma jfissirx li ghandu jkollu dejjem f'mohhu kif ser tispicca l-poezija, ghax tajjeb li l-poezija kultant tispicca ferm differenti mill-pjan originali tal-kittieb.
* * *
"Iddeskrivi sigra partikulari b'tali mod li ma tistax titfixkilha ma' sigra ohra." (Flaubert)
* * *
"Il-poezija aktar tinghogob meta tiftiehem fuq livell generali milli bit-dettalji kollha taghha." (Coleridge)
* * *
L-esperjenza poetika hi rizultat ta' kurzità u osservazzjonijiet li ma jaqtghu qatt.
* * *
Poezija ordinarja hi wahda li tirrifletti dak li l-poeta digà jaf fuq id-dinja ta' madwaru. Din il-poezija tkun akkademika, sfurzata, mekkanika, artificjali u bla ruh. Bil-maqlub, il-poeta genwin juza l-kitba biex ifittex u jesplora hwejjeg godda.
* * *
Uza vokabularju haj, mhux imqanzah; kliem naturali li thossok komdu bih u mhux kliem missellef li ma thossx rabta mieghu.
* * *
Hafna tixbihat f'poezija wahda sikwit itellfu l-unità u l-hsieb ewlieni li xtaq il-poeta.
* * *
Dak li nghodduh kontraversjali f'xi xoghlijiet poetici mhux l-ewwel darba li jkun il-verità li ma nkunux indunajna biha.
* * *
Zomm ruhek aggornat ma' dak li qed jinkiteb minn ohrajn b'kemm lingwi taf.
* * *
Dak li ma jinkitebx, imma jkun issuggerit biss, hafna drabi jkollu aktar effett u prominenza minn dak li jinkiteb, ghax anki l-kitba ghandha s-silenzji taghha.
* * *
Biex tohrog poezija tajba m'ghandekx bzonn suggetti straordinarji. Mill-irkejjen tal-hajja personali ta' l-awtur, bhat-twelid, bhall-hajja, bhall-mewt u bhall-imhabba, li huma fihom infushom temi universali, jixirfu l-isbah versi memorabbli u lirici.
* * *
Aqra, studja, tghallem...u ppublika meta tkun sodisfatt ghal kollox b'dak li tkun ktibt.
=================
=================

20 July 2009

FREDU CACHIA


FREDU CACHIA

Wiehed mill-ghanijiet tieghi ta’ dawn il-puntati hu li nipprezenta versi ta’ poeti Maltin-Awstraljani fejn l-ambjent endemiku Awstraljan jispikka aktar minn elementi letterarji ohra. Qed nibda b’dawn il-versi ta’ Fredu Cachia. Cachia twieled Haz-Zebbug fit-12.3.1939. Mar fl-iskola ta’ rahal twelidu fejn thabbeb mal-Malti u baqa’ jhobbu dejjem. Emigra ghall-Awstralja fl-1960. Mizzewweg lil Vicky Agius u ghandhom erbat itfal. Jaqla’ ghajxienu bhala mastrudaxxa. Hu skultur bl-injam, ghannej u daqqaq folkloristiku bil-kitarra. Kien ghal xi zmien membru u Vici-President tal-Maltese Literature Group -- Grupp Letteratura Maltija. Poeziji tieghu xxandru fuq ir-radju u dehru f’gazzetti u fl-antologiji tal-Grupp Irjieh (1986) u Frott Iehor (1992). Karatteristika tal-versi tieghu hija l-ghazla tal-kelma hafifa imma mexxejja, nuqqas ta’ pretenzjoni letterarja u pinzellati satirici. Din il-poezija tieghu taghti hjiel ta’ kif ihossuhom xi Maltin emigranti fl-Awstralja, b’identità konfuza u l-lealtà romantika lejn Malta pjuttost imcajpra.

IL-GEWLAQ U MATILDA

Kemm nixtieq kelli gewlaq sabih
U xlief u qasba ghall-hut tal-qiegh...
Din kienet l-ghanja ta’ tfuliti,
U ta’ missieri, Lanca gejja
U ohra sejra...

Hekk il-hajja, ibni, fid-dinja.
U darba veru giet il-Lanca
U hadet mir-rahal taghna
Liz-zghazagh, lil tas-snajja’
U ta’ hila,
Lejn l-art fil-boghod
Fl-ahhar tad-dinja,
Fejn kwiekeb ohra jixeghlu bil-lejl,
Fejn Jannar jixwik bis-shana
U Awwissu jrezzhek bil-bard.

Gejt ma’ l-ohrajn
Mohh ir-rih, fejn laqat laqat,
Fejn kisser kisser,
Bla arlogg,
Bla kalendarju...
Iz-zghozija ma tafx zmien jew hin.
Mieghi gibt dak li ghallmuni
U dak li tawni dawk li habbewni,
Mhux go xi bagoll jew kaxxa,
Lanqas fil-bagalja
Li kull ma wesghet zewg qomos u qalziet.

Izda go fija,
Go qalbi,
U go mohhi...
X’jiswa li ggib iddendlu mal-hajt
Jew jekk prezzjuz taghlqu f’kexxun...
Kollox ixabba’ fid-dinja.

Imbaghad ghax kollox hinu
Beda x-xoghol u l-hidma
Li taghha gensna msemmi mill-qedem.
Ix-xoghol salmura tal-gisem
U ahna nies midhla sewwa tas-salmura
Ghax l-incova u s-sardin hbieb tal-haddiem.

Ghadda z-zmien
U thallatna mal-ohrajn
U l-ohrajn thalltu maghna
Kif ghamlu l-gnus kollha,
Izda dejjem zammejna,
Jekk mhux ghal kollox,
Naqra Bajda u Hamra.

Ghallinqas hekk ghext jien
F’din l-art li tant habbejt,
Li fiha kabbart u li fiha rabbejt,
Daqqa mnikket,
Daqqa ferhan.

Ghax kull meta hsiebi
Johodni fejn darba ckejken
Kont nonsob ghall-pitirross
L-Awstralja minn wara tigbidni lura nhoss...
Din hi l-hajja ta’ dan l-emigrant.

Jiena noqghod go dar Maltija,
Sa xatba u bajtra tax-xewk ghandi fiha,
U jekk xi darba tkun lil din-naha
U tisma’ b’lehen zarzari
L-ghanja Awstraljana
Jew dik ta’ dari,
Il-valz ta’ Matilda,
Matilda ta’ qalbi,
Imhallta ma’ l-ghanja tal-gewlaq sabih
U xlief u qasba ghall-hut tal-qiegh...
Inkun jien.












17 July 2009

L-AMBJENT U L-KITTIEB

Fil-blog ta’ habibi Patrick J. Sammut
www.patrickjsammut.blogspot.com
dan l-ahhar qrajt b’herqa kbira ghadd ta’
intervisti li hu ghamel ma’ numru sabih
ta’ kittieba. Element prominenti li kien
diskuss huwa l-ambjent u r-responsibiltà
tal-kittieb li juza l-arti tal-kitba biex inharsu
ahjar il-holqien kollu. Bhala reazzjoni ghal dak li
qrajt, qieghed ingib hawnhekk numru ta’ poeziji
tieghi fuq dan is-suggett. Xi whud minnhom
ktibthom xi ghaxar snin ilu.


PIENA PLANETARJA

Kemm tidher sbejha d-dinja mill-ispazju,
gawhra li taghti fl-izraq go sfond vjola,
ibhra, oceani, xmajjar ziguzajgi,
turgien ta' shab iduru garigori,
tizwiq ta' lwien fuq artijiet tal-pupi,
u kollox pajjiz wiehed bla fruntieri.

U jekk hemm hlejjaq ohra f'dinjiet akbar
u jahslu jitrombjawlna, tghid jarawna,
kif ahna naraw lilhom jiddu sielma
minghajr dettalji x'hemm qed jigri fihom?

Imma mill-qrib xort' ohra. Kulma qlajna
fil-bidu farraknieh. Nittinna l-ibhra.
Hammigna 'l-art u 's-sema u kulma fihom.
Biddilna d-dinja f'xbiha taghna nfusna.
U jekk xi darba kellna nindukrawha
lid-dinja ha' tmantnina, illum tlifnieha
dil-hatra ta' gwardjani u ghamilnieha
taghna bla qatt ma kellna fuqha l-jedd.

U fuq ir-ramel li wittielna kollox
l-istatwa ta' Memmnon m'ghadhiex tkantalna
kif maz-zerniq kienet tolqotha x-xemx.

JINQERDU DAWK LI QED JEQIRDU D-DINJA

Dal-lejl ma nistax norqod
u mohhi m’ghandux kwiet;
inhossni qieghed neghreq
f’bahar ta’ hsibijiet.

Id-dlam igibli xeni
ta’ wgigh u ta’ tbatija,
ta’ qtil, imrar u diqa,
ta’ jasar u kefrija.

Jurini met’ ghal sufhom
biccirna ’l-foki z-zghar...
Baxx baxx gellidna ’s-sriedaq
b’difrejhom jarmu x-xrar...

Qtilna liz-zwiemel joghtru
jo’ mwegggha tat-tigrija...
hallejna f’nofs l-arena
lill-barri agunija...

U nfidna l-ors bil-mohbi
bil-holoq go mnifsejh
u kaxkarnieh bil-ktajjen...
accjomu nharsu lejh...

O lejl, zammejtni mqajjem
nhewden kif lill-holqien
ma harisniehx bil-ghaqal
u shetna kullimkien.

Iccaqcaq ic-canfira
tal-hlejjaq imharbtin
li bl-ahrax qed jixluna
b’hatjin, hatjin, hatjin!

U jkollna nhallsu d-danni
talli l-ambjent kasbarna,
u ninsgu l-ghajb f’kuruna
tax-xewk ghal fuq qabarna.

Nota: It-titlu ta’ din il-poezija huwa kwotazzjoni mir-Rivelazzjoni11:18.

IL-KOLLEZZJONI TAL-FRIEFET

L-ghalliem m’ghallimniex sewwa...
Kien passatemp ghalih
li jaqbad u jibbalzma
kemm seta’ friefet sbieh.

Nghid issa xi dritt kellu
li jzomm f’kaxxa msakkrin
gol-hgieg daw’ l-innocenti...
darba kienu hajjin!

Tassew li lwienhom jidhru
minn barra sahharija,
’mma min hu mgarrab jifhem
xi thoss ir-ruh mifnija.

Ic-celel qatt ma nbidlu
f’burdelli ta’ pjacir,
u l-hakem qatt ma serva
jew obda lill-ilsir.

U l-jedd ghal hajja hielsa
ma rajtx fil-kollezzjoni
tal-friefet, ’mma ghall-kuntrarju,
l-eqqel kontradizzjoni.

IL-PAPPAGALL

Il-pappagall jitkellem
harrabtu ghax fid-djuq
ma flahtx narah imdejjaq,
imjassar u maghluq.

Harrabtu meta wliedna
kienu barra mid-dar.
Ridt niskans’hom mid-dehra
ta’ swied il-qalb u mrar.

Zmien twil kien ilu ghandna
dan l-imsejken t’ghasfur
mghakkes go gagga ckejkna
wara l-hadid idur.

Nahlef l’ghozzejtu bhalhom
daqskemm kien jaf. Xi lsien!
’Mma qalbi taret mieghu
meta tajtu l-helsien.

Skantajna! Ftit jiem wara
gol-bitha t-tfal lemhuh,
u hasbu, ghax saffrilhom,
lura xtaqhom johduh.

Farragthom: “Postu l-berah,
u biex din it-taghlima
tiftakru, gie jroddilkom
b’kull hajr l-ahhar tislima!”

MISSJONI ALBATROSS

Il-ponta ta' lsienhom
xkubetta kkargata fid-dlam...
Jistennew ghall-barka bikrija...
Qabel ma jbexbex,
l-imtiehen
jittewbu bla ziffa fuq l-gholja.
Hdejn xifer l-ghadira
l-imqadef iqattru
bid-dawl ta' qamar jirrifletti
fuq qliezet tal-plastik.
Hamrana l-ucuh,
gharqana l-ucuh,
bla sabar jishru biex ikunu tal-ewwel
ghall-qatla mat-tokk taz-zerniq.
Nista' qatt ninseg ghanja
bil-labar tan-niket
ghall-mewt mistennija?
Naqsam ghommti mal-qasab tax-xmara
u nistenna jifhmuni
ha' jgerrxu 'l-borok imbezzgha?
Nitla' nixher minn fuq minarett?
Naffruhom!
Itilqu!
Harrbuhom!
Mill-kaccatur ehilsuhom!
Mas-sebh fil-hin dikjarat
jinghata s-sinjal
biex tibda t-tragedja.
Titwaqqaf il-forka.
Tmut l-ewwel borka.
Wicc l-ghadira jihmar
bl-ghenieqed ta' rix u demm
maqtughin bl-idejn tal-qattilin.
Kif ghadna ma fhimniex
li meta noqtlu t-tajr,
il-hut u l-bhejjem,
ghall-gost u l-pjacir taghna,
nergghu nwaqqghu fuqna s-sahta tal-Bahhâr
u nqajmu mill-imwiet
dell l-Albatross?!
Kull sena
bi protesta
jibqghu jintnu l-katavri
tal-ghasafar protetti
fuq l-ghetiebi tal-Parlament Statali.

IT-TORRI

Fil-bajja ghall-ftuh tal-Wirja Ambjentali
mal-gurnalisti gew in-nies kurjuzi.
Wara kelmtejn mill-President inkixef
Monument fuq ir-ramla jmiss mal-bahar,
Torri tal-Melh gholi sular u jlellex,
esperiment modern t’arkitettura
mahdum u mtella’ minn student tal-arti.

Inkiss inkiss il-mewg kiber u lahaq
sa taht it-Torri illi bicca bicca
tnaqqar u tgerrem sa ma nhall gol-ilma.

Il-membri tal-Kunsill gibdu r-ritratti
ferhana bil-progett. Ohrajn...min tbissem...
min baqa’ mbellah b’dak li ra...min capcap...
min waqaf iccassat bic-cinga f’idu
tal-kelb idur u jxemmem qalb il-folla...
U xi hadd iehor -- bejn halltejn x’kien deherlu
dwar il-hela u l-abbuz ta’ flus mormija
u x’hila wera l-iskultur b’din l-opra --
tnikker, paqpaq il-horn u ssokta triqtu.

L-INKWIZITUR

Is-serp li gie fil-bitha
gheb...
imma m’ghosforx ghal kollox.
Ghax ma qtilniehx
b’xi mghazqa,
hallielna mat-tkexkixa
x-xbieha tieghu
tlebleb gox-xquq u t-toqob
tal-memorja.

Kien ibni z-zghir li rah,
u sakemm dahal
jigri jghidilna mbezza’,
is-serp
sparixxa.

Aktarx l-inxif tas-sajf
u l-art mikwija
ressquh
ifittex l-ilma
li nhallu barra ghall-klieb.

Issa,
jekk ghadu hawn,
min jaf fejn stahba u tgeddes?
F’xi ferq fl-injam?
go xi katusa mkissra
jew qasrija vojta?
Qalb saratizzi qodma,
laned,
gebel,
skart?

Stajna qallibna
kullimkien
u shaqnielu rasu,
’mma mhabba l-harsien
tal-hlejjaq
u l-ghozza tan-natura,
jista’ jergghalna lura.

Ghall-anqas nittamaw
li sa ma x-xitwa traqqdu,
jibqa’ mkebbeb fejn hu,
ma jfiggx fil-berah
fejn ghandna
z-zewgt iklieb jaghmlulna r-ronda.
Ghax wara kollox,
bejn is-sriep u l-klieb
nafu
liem’ huma l-hbieb.

AMBAXXATURI

Xena 1

Fis-Suq ta’ Salamanca, Hobart, b’wicchom
mizbugh hadrani u b’libsa trasparenti,
f’nofs ix-xerrejja, tliet tfajliet bhal statwi
jiddefendu l-ambjent bla armamenti.

Xena 2

Fil-berah tal-kampanja ghal gharrrieda
iceklem wahdu, jien u nsuq ninnota,
mal-genb tat-triq, ragel igorr fuq dahru
salib imserrah u migbud fuq rota.

Xena 3

Mal-lejl, bhal dell imnaffar, ragel xwejjah,
maghruf mill-bixra ghall-eccentricità,
johrog idur mal-belt u qabel jghosfor
ihazzez mal-hitan ‘Eternità’.

BANK TAD-DEMM

Il-gzira l-ohra illi tatni l-hajja
hdejn din li qed thotthieli bla serhan,
ghac-cokon sifja, farka ramel, tikka,
werqa go bosk, qatra ilma f’ocean.

’Mma jien hawnhekk imbieghed minn gheruqi
aktar minn cittadin ta’ zewg blatiet,
jiena wild l-univers indur fuq gebla
maqtugha mill-barriera tas-smewwiet.

U l-pezza drapp li minnha nqtajt hi wahda,
minnha tfassal kull bniedem ta’ kull zmien;
il-lewn tal-gilda jvarja bhall-fattizzi,
’mma demmna wiehed, shun, ahmar nirien.

Dad-demm ixoqq u bih tissaqqa l-qiegha
tmewweg f’kull art bi twapet ta’ peprin,
u slaleb fid-dezert u arbli fit-toroq
bil-fjuri jfakkru l-frak tal-imfarrkin.

Niehdu u naghtu d-demm, l-òrgani npartu,
biex forsi ntawlu s-snin u nbieghdu t-tmiem,
imbaghad noqtlu ’l xulxin, avolja l-loghba
nibdewha bit-titjir ta’ kocc hamiem.

TQANCIC

Il-grajja tal-bnedmin
katalgu ta’ successi u bravuri,
imhallta hallata ballata
ma’ telf u kundanni.
Il-bniedem ihuf u jissajja b’saqajh mal-art,
ihares ’il fuq, jissaltja, jithajjar jilhaq u jlahhaq
mal-Hallieq u jsib (jahseb) helsienu.
Il-bniedem zatat
jibni l-oghla torri gewwa Dubai konkrit u hgieg
f’gieh ismu.

O dawn l-eccessi tat-tamiet
li nilhqu s-smewwiet
bi slielem zlugati,
li nirbhu l-ispazju,
li nrossu u naqflu go kejla l-kalkoli
taz-zmien u tal-wisa’!

Ha nghidha kif inhossha: xbajt mid-dinja
ta’ gwerer, glied, razzizmu u terrorizmu.
Kollox sar idejjaqni fuq il-midja:
l-intietef u t-tqancic li nara u nisma’.
Nipotizmu, tixhim, opportunizmu.
Misluh daharna bl-gherik ta’ dawk l’ ghorokna.
Irjus li jhobbu biss jaraw il-kpiepel
ghalihom imnehhija;
purcissjoni
ta’ puritani
f’nofs it-triq
imgennba
b’gemgha ohra safja,
bla dnubiet,
troddilhom
hajr u tifhir ghal meta jmisshom huma
li jgorru t-tbatijiet fil-Gimgha l-Kbira.

U ssib f’nofs dawn il-folol
xi nies
ghala bieb ghajnhom minn kulhadd,
f’kawza u effett ma jemmnu qatt
u jghixu
bhalkieku
huma biss
jezistu
f’dinja li nxorbot, qdiemet.

Sirna rahal ckejken
u mank ma nafu nieklu
minn platt wiehed
ftit ross b’subghajna.

KOMPROMESS

Nghidu ma rridux izjed annimali,
u nispiccaw biz-zewgt iklieb, bl-akkwarju
u l-pappagall. Bl-ghajat girienna ddejqu.
Wiehed mill-klieb izappap, wara l-hgiega
ma niflahx nara l-hut maghluq u mjassar,
u l-pappagall hadilna rasna jtaqtaq.
Ma xi trid taghmel jekk it-tfal gabuhom,
ghalkemm ghall-ikel u t-tindif mhux huma
li jiehdu hsiebhom, kollox f’idejn marti.
Tmigh ghal kulhadd kif ghall-kelb it-tobba,
tilqim, licenzji, sa mill-bitha jkollna
kuljum innaddfu l-hmieg ghax se jnittnuna.

Ma nafx x’inhu l-ahjar. Bihom? Minghajrhom?
Il-klieb tal-ghassa, il-hut ileqq jghaxxaqni
b’tizwiq ilwienu, u l-ghasfur jitkellem,
johrog u jidhol kemm irid mill-gagga.
Il-hut twieled fil-hgieg, ghaliex nithassru?!
Il-klieb isibu kollox lest. X’jonqoshom?!
Sa saqqu fil-garaxx ghall-kenn frixnielhom.

Li kieku l-hut, il-klieb u l-pappagall
jafu biex gejt, dawn zgur li jidhku bija,
’mma billi jidhku u jibku ma jafux
u lanqas jhewdnu kif qed naghmel jiena
ghax ma jirragunawx, nitkellem flokhom:
naccetta l-ikrah u s-sabih li jtuna
u nzommhom maghna...Waqt li jien, bla htija,
nibqa’ b’li ghandi. Min se jhenn ghalija?

16 July 2009

B'TIFKIRA TA' KARMENU VASSALLO

NIFTAKAR LIL KARMENU VASSALLO (1913-1987)
SILTIET MILL-ITTRI LI BAGHATLI

30.8.1959
L-aqwa u l-ahjar mghallem ta’ xoghlijietek ma jista’ jkun hadd hliefek. Int biss trid tkun biex tizbor, tnaqqi u ssaffi dak li tkun ktibt. Ara qatt ma tahseb li kien hawn xi darba poeta jew kittieb kbir li ma kienx jongor xoghlu b’ghaqal kbir qabel ma johorgu ghad-dawl.
Hag’ohra. Ahjar nofs tuzzuna poezijiet tajbin minn sitt mitt wahda bla ruh u bla hajr.

13.6.1961
Fost il-poeti kollha Maltin, m’hemmx ghalfejn inghidlek, bl-aqwa u bl-ahjar imghallem tieghek qis li jkollok lil DUN KARM...L-ewwel u l-aqwa haga ghalik hi li thaddem kif titlob il-Metrika u minghajr tqanzih u tigbid...Ma jidhirlix li ghandek tinhela ghal kollox fuq ghamla wahda biss ta’ versi...Jien ghandi hafna minnek, jew int minni, kif trid int. Pjan jew disinn bil-miktub, qabel ma nibda nhazzez xi poezija, tista’ tghid li ma naghmel qatt. B’danakollu ma nghidlekx kemm gie li ndum immahhah u ntalla’ u nnizzel qabel ma naghti bidu ghall-kitba. Izda min-naha l-ohra, pjan jew disinn fuq fuq dejjem naghmlu f’mohhi. Ghad li qajla nhobb noqghod ghal dik li hi “a hard and fast rule", kien hemm drabi li fihom, qabel ma bdejt naqta’, qist u qist u qist..Fl-ahhar mill-ahhar, imbaghad, biex tikteb irid ikollok fuqiex, u li biex poezija tirnexxi trid tkun tassew imnebbha. Regola ohra ta’ min ighozzha bis-shih fil-kitba tal-poezija hija din: jekk tista’ tinqeda b’zewg kelmiet biex tfisser dak li tixtieq, tiktibx tlieta jew erbgha. Ftakar dejjem ukoll li damma ta’ versi, kienu kemm kienu sbieh u mexxejja u jdoqqu tajjeb fil-widna, mhux dejjem jaghmlu dik li hi tabilhaqq poezija...Il-hagar ghaziz (prezzjuz) qatt ma nstab bir-rfus u bir-radam! Ghax kieku ma kienx jibqa’ jissejjah hekk.

6.3.1962
Il-poezija ghandha mill-imhabba li fuqha jitkellem San Pawl fl-Ewwel Ittra tieghu lill-Korinti, XIII, 1-13. Il-Poezija la tghir, la tobghod u lanqas ma taghmel jew tixtieq deni lil ghajrna. B’dankollu, Hi m’ghandhiex xaba’ f’dak li hu mixi ’l quddiem jew tixbit fil-gholi. X’norqmu fiha u fina nfusna dejjem insibu...Il-ghan tal-poeti ghandu jkun xi haga hekk ukoll - jigifieri dak li jilhqu, jekk jista’ jkun, il-perfezzjoni artistika. Naqblu jew le?

18.10.1964
Dwar il-ktieb gdid tieghek ta’ poeziji, ‘Ilhna tar-Rebbiegha’ nifrahlek u naghli mieghek. Nifrahlek ghall-kuragg li ghandek li bhali tistampa x-xoghlijiet tieghek; u naghli mieghek ghax naf kemm jinbighu tassew ftit il-kotba bil-Malti..Nizzikhajr ta’ kollox. Ghoddni u zommni dejjem b’wiehed mill-eghzez fost hbiebek.

17.5.1968
Li nahraq £1,200 fi hrug ta’ ktieb (Vatum Consortium) ta’ bejn 600 u 700 pagna biex imbaghad jinqara minn madwar mitt ruh biss, narah u nqisu dnub kbir li ma jinhafirx. U jien lil hbiebi u lil ghajri ma nhobbx insallabhom mieghi. Jekk jinhtieg, nissallab wahdi...Nixtieq kieku nippublika xi ktieb iehor, imma nhoss u naf li mhux ta' min. Ahna konna u ghadna ‘barranin’ f’pajjizna. Tnehhi xi erbgha bhalek u bhali, il-bicca l-kbira ta’ hutna l-Maltin f’Malta hsiebhom biss filli jistaghnew bl-inqas tbatija.

18.4.1969
Kieku taf kemm swieli u ghadu qieghed jiswieli tahbit u nkwiet u glied dan l-imbierek ktieb tieghi (Vatum Consortium). U dan imbarra l-mijiet ta’ liri li jonqosni nhallas...biex narah xi darba stampat. Kieku taf! Sa avukat kien htiegli nqabbad, biex il-ktieb jitkompla; billi l-istampaturi, ma nafx ghaliex, wara li kienu hadmu sehem minnu, donnhom iddejjqu u ma ridux ikompluh. Hwejjeg li bilkemm jitwemmnu. Thallas il-belli flejjes (mijiet shah) biex tistampa ktieb, u taqla’ sahhtek u ghoddok tasal biex titla’ l-Qorti halli b’miraklu tarah xi darba mitmum! La l-Gvern u lanqas ebda wahda mid-Ditti Kbar ta’ Malta ma riedu jafu b’ghajnuna ghal ktiebi. Ebda habba ghajnuna ma nghatatli: u lanqas ghajnuna ohra f’dik li hi korrezzjoni ta’ provi. Marti u binti biss gie li kellhom jaghtuni daqqa t’id.

19.1.1971
Il-bierah..kif kont hiereg minn Putirjal...iltqajt mal-poeta Dun Frans li, kollu mghaggel, qalli li fix-xahrejn li dam l-Awstralja ha pjacir kbir bil-laqgha li ghamiltulu intom (L-Ghaqda Tal-Letteratura tal-Maltin fl-Awstralja).

IL-MILIED 1971
Nhar l-Erbgha, 1-12-71, il-Kummissarju Gholi Awstraljan ghal Malta, Sir Hubert Opperman, ipprezenta xi 60 kopja tal-ktieb tassew sabih taghkom, “Driegh Ma’ Driegh”, lill-Ministru ta’ l-Edukazzjoni u Kultura, is-S.na Agatha Barbara, biex jitqassmu fl-iskejjel tal-Gvern u fi skejjel ohra privati. Nifirhilkom u nizzikom hajr bis-shih.

18.10.1980
Flok ktieb ta’ qlib ta’ versi minn ilsna barranin hbatt kieku nithajjar nohrog ktieb b’gabra gmielha ta’ ittri li wasluli mill-1929 ’il hawn, fosthom xi tnejn jew tlieta milli bghattli s’issa int innifsek u milli baghtuli shabek u hbiebi msifrin x’imkien bhalek. Izda wisq nibza’ li mhux se’ jirnexxili naghmel dan: mhux ghax xi darba f’ghomri naqsitni r-rieda, imma minhabba xjuhiti u l-mard li gibitli maghha.

12.10.1983
Jisghobbija li whud minn hbiebi, jekk ma kinux hbieb taparsi, donnhom insewni ghal kollox u bdew ighodduni b’mejjet qabel ma mitt. Ma felhux jistennew ftit iehor. Waqtiet jaghtini li nibki: nibki mhux biss minhabba l-mardiet u l-ugigh li gibitli f’parti minn gismi xjuhiti (ghalaqt 70 sena f’Marzu li ghadda), imma wkoll minhabba l-ugigh li xi whud qeghdin igaghluni ngarrab f’qalbi. Qed ninnota li saret bidla ghall-aghar fil-qlub tal-kotra minn xi snin ’il hawn.

9.5.1984
Jekk kulma sehh fija wara l-1938 ma jaqbilx ma' dak li dhert jew kont tassew f'NIRIEN, il-htija tieghi hi li, aktar milli poeta, kont u bqajt dejjem bniedem - bniedem dghajjef tad-demm u l-laham bhal bosta ohrajn. Nitlob mahfra 'l-Mulej Alla u lill-qarrejja ta' NIRIENi wkoll.

18.10.1986
...poeti u kittieba u hbieb ohra li ghandi fl-Awstralja, ara ma jfettlilkomx tahsbu li jien ser ninsiekom xi darba. Kunu afu lkoll li jien ta' sikwit insaqqi hajr imhabbitkom bi dmugh imhabbti. U bhalissa tassew hiereg id-dmugh minn ghajnejja.
Hemm wisq x'wiehed ighid dwar "IRJIEH": 16-il poeta Malti...fihom pis gmielu u mhux lakemm taqbad u ggorru.

4.1.1987
(L-ahhar ittra tieghu miktuba fuq 'visiting card')
Ghaziz, tassew ghaziz habib ta' qalbi, Joe Saliba, poeta u awtur, nahliflek li xtaqt u ridt tabilhaqq, u ghadni nixtieq niktbilkom daqsxejn ta' recensjoni ghall-antologija "Irjieh", imma s'issa ma rnexxilix. Xjuhiti bil-mard ta' maghha u bl-inkwiet li ghaddej minnu minhabba li ninsab kif ninsab nixxfitli mohhi. Gie li jaghtini li ntemm hajti b'idejja, izda kull darba nsib xi jzommni lura.
...Lili hadd m'ghadu jghidli xejn - lanqas bit-telefon: tkabbru wisq it-taparsi hbieb li kelli.

KARMENU VASSALLO MIET TLIET XHUR WARA, FIS-7 TA' APRIL, 1987.

Il-versi li gejjin ta' Karmenu Vassallo huma xhieda tal-personalità qawwija u l-karetteristika genwina u onesta ta' bniedem u poeta kbir.

(Mill-ktieb tieghu "NIRIEN", 1938)
LIL...
Inti kelb bin il-klieb, u qalbek ghandha
mill-haxix kollu tajn ta' gol-widien...
Jekk ma jishtekx Min halqek
nishtek minflokU jien.

Int mohhok dghajjef: bniedem ta' qalb xierfa;
u, ghax bla hniena, m'intix bniedem kbir.
Jiena sultan tal-faqar;
inti tal-ghana rsir.

Jien immut bikri; inti le: haxixa
hazina u hajna, jghidu, ma tintemmx.
Ismek jidfnuh ma' gismek;
ismi jhozzuh fix-xemx.

(Mill-ktieb tieghu "HAMIEM U SRIEP", 1959)
LIL GASPARE PACE
(Silta)
Ilsieni jaf ixoqq daqskemm idewwi,
jibni daqskemm ihott,
bl-gholliq u x-xewk ixeblek
daqskemm bl-ghasel ibennen u bil-frott.
X'jien hdejn Orazju, Leopardi u Shelley?
Ghabra trab, hajta dell!
Imma bhalhom, bi vrusi,
naf inhannen u nhobb, nishet u nqell!

13 July 2009

ENGLISH POEMS

THE GENTLE TOUCH OR A MANNER OF SEEING

She touches flowers, dainty cups,
knobs and dials,
as if they are sacred.
Handles fruit and vegetables
fearing she might hurt them.
Places cushions on sofas solemnly
like wreaths on cenotaphs.

And when she picks up a baby in her arms
we expect the child
to disappear into thin air.

JOE SALIBA


WITNESS

I know the drill to disaster,
the loaded rifle under the mattress,
the child unattended
near the rim of a pool, envy green.

I count the accessories
separating life from death,
hijacks and drugs digging deep.

These are no flower people.
I mark their faces parading
towards nightfall.
I hear the time-bomb ticking
with every step they take;
witness the bank hold-up,
the sound of the runaway car.

There's a knocking on my door.
A blue light twirls.

JOE SALIBA

ELEGIJA

ELEGIJA

Miet Frank...Miet Gorg...
Kroat u Grieg...Girienna...
U maghhom, boghod minn arthom, il-Maltin.
Xi xbihat taghhom jaqbzu mill-gazzetta
u f’ruhna mnikkta jibqghu minquxin.

In-nies tal-gâr li dfinna jumejn ilu
ghad jigu jfarrgu lilna
bl-istess kliem
li bih sabbarna lilhom,
sakemm nidhlu
ilkoll
id f’id
fic-cirku minghajr tmiem.

Fid-dlam ta’ qlubna,
mal-gulbiena bajda,
b’gelbin id-dmugh ifaqqas il-faqqiegh
bis-semm vjola tas-safar u tal-firda
inixxi
fit-tajjar
dbabar ta’ wgigh.

U llupjati kif sirna
bl-idea tac-cittadinanza doppja,
il-mewt u d-difna f’dal-pajjiz
b’daqshekk distanza,
nisthajjilhom
mostru grottesk
ta’ zewgt irjus
taht giljottina.

Imm’issa ghalija
wara das-snin mifrud mill-art Maltija,
go dal-pajjiz
se jisfa ahjar u aktar ghaziz
minn gozz hamrija hemmhekk
l-irmied li nhalli hawn
f’wiehed mill-krematorji ndaf xummiema
ta’ Fawkner Memorial Park.

JOE SALIBA

A COUPLE OF MY POEMS IN ENGLISH

FLOWER-ARRANGEMENT

I'm no good at arranging flowers,
keeping in mind the middle line,
what goes where, front or back,
propping up stems with wet paper,
blending colours,
balance,
the over-all shape.

There's something odd in the art.
I prefer others doing the trick,
making nature look natural by unnatural means,
elevating leaves for support,
disciplining dahlias, daffodils, daises,
regimenting roses
to show their best part.

Flowers sprouting
from vases of china, copper, or glass,
seem to come out of one root,
floating,
no earth attachment.

Savouring these passing pleasures
drying before my very eyes,
I nearly forgot to turn off
the water outside.

JOE SALIBA

RENDEZ-VOUS

When we die,
crossing the road,
saying our prayers,
reading a book,
making love,
having a cup of tea,
watering the garden,
pruning a tree,
awake, asleep,
in health or sickness,
it is that moment
we have waited for,
avoided,
ignored,
or even tried to forget.

It is the point where no roads meet,
when love and hatred don't exist,
no work, no rest,
no joy, no pain,
the pointless moment we let go
of precious life
in which, though full of strife,
we loved to cross
the swelling stream,
have a drink,
see flowers grow,
hold someone dear,
or simply take our beauty sleep
and wake to do the same again,
awaiting,
avoiding,
ignoring,
forgetting,
with every breath,
our rendez-vous with Life or Death.

JOE SALIBA