29 October 2009

PRAYER BEFORE BIRTH translation of poem

TALBA TA' QABEL IT-TWELID
(Qlib tal-poezija "Prayer Before Birth" ta' Louis MacNeice)

Jien ghadni ma twelidtx; iss' isimghuni.
Thallux lill-farfett il-lejl, reddiegh id-demm,
thallux lill-gurdien xih, jew l-ermellin,
jew l-ihirsa, jersqu lejja.

Jien ghadni ma twelidtx; issa farrguni.
Nibza' minn dawk li ghandhom mnejn
wara hitan gholjin jaghlquni,
bi drogi qawwija jraqqduni,
b'gideb mahsub minn qabel, jigbduni u jhajruni,
fuq ghodda sewda ta' hqir jifnuni,
go banjijiet tad-demm igerbuni.

Jien ghadni ma twelidtx; ahsbuli ghall-ilma
biex wara, fih inkun nista' nitbahbah;
ghall-haxix ha' jikber biex jaghtini l-hajja;
ghas-sigar ha' jkellmuni, ghas-sema ha' jghannili,
ghall-ghasafar u ghad-dawl jixghel go mohhi
biex jurini triqti.

Jien ghadni ma twelidtx; ahfruli bil-quddiem
ghad-dnubiet li d-dinja mhabba fija ghad taghmel,
ghal fommi meta jlissen x'hemm mistur go fija,
ghal hsiebi li hu x-xebh tieghi nnifsi,
ghat-tradiment tieghi, imheggeg u mixghul
minn tradituri li ma llahhaqx maghhom,
ghal hajti meta joqtlu bis-sahha ta' jdejja,
ghal mewti meta jwellduni.

Jien ghadni ma twelidtx; ghallmuni bil-quddiem
kif ingib ruhi max-xjuh
meta jwissuni;
u meta l-kbarat jhedduni;
meta l-igbla bla tarf jehduha mieghi u jcanfruni;
jiddiehku bija l-mahbubin;
meta l-mewg abjad isejjahli ghal frughu,
ix-xaghri jghajjatli biex nintemm go fih,
u t-tallâb
ma jilqax l-imhiba li naghtih
u wliedi stess jishtuni.

Jien ghadni ma twelidtx; isimghu talbi.
Thallux lil dak il-bniedem li hu bhima
jew li jahseb l'hu xi alla,
joqrob lejja.

Jien ghadni ma twelidtx; minn issa mlewni
b'sahha ta' ggant
ghall-glieda mistennija ma' dawk kollha
li jridu jkesshu r-ruh ta' bniedem li jien;
li jridu jahqruni u jgibuni bniedem vojt,
jisirquli sahansitra hsiebi,
li jridu jaghmlu minni sinna go magna,
haga b'wicc wiehed,
haga biss u xejn aktar;
u ma' dawk li jridu jxejnuni,
u bhall-ghallis 'l hawn u 'l hemm
itajruni
jew 'l hawn u 'l hemm bhall-ilma minn hofret l-id
ixerrduni ma' l-art.

Thalluhomx jaghmlu minni gebla
u thalluhomx ixerrduni bhall-ilma.
Inkella oqtluni.

JOE SALIBA (tradittur)

No comments:

Post a Comment