16 July 2009

B'TIFKIRA TA' KARMENU VASSALLO

NIFTAKAR LIL KARMENU VASSALLO (1913-1987)
SILTIET MILL-ITTRI LI BAGHATLI

30.8.1959
L-aqwa u l-ahjar mghallem ta’ xoghlijietek ma jista’ jkun hadd hliefek. Int biss trid tkun biex tizbor, tnaqqi u ssaffi dak li tkun ktibt. Ara qatt ma tahseb li kien hawn xi darba poeta jew kittieb kbir li ma kienx jongor xoghlu b’ghaqal kbir qabel ma johorgu ghad-dawl.
Hag’ohra. Ahjar nofs tuzzuna poezijiet tajbin minn sitt mitt wahda bla ruh u bla hajr.

13.6.1961
Fost il-poeti kollha Maltin, m’hemmx ghalfejn inghidlek, bl-aqwa u bl-ahjar imghallem tieghek qis li jkollok lil DUN KARM...L-ewwel u l-aqwa haga ghalik hi li thaddem kif titlob il-Metrika u minghajr tqanzih u tigbid...Ma jidhirlix li ghandek tinhela ghal kollox fuq ghamla wahda biss ta’ versi...Jien ghandi hafna minnek, jew int minni, kif trid int. Pjan jew disinn bil-miktub, qabel ma nibda nhazzez xi poezija, tista’ tghid li ma naghmel qatt. B’danakollu ma nghidlekx kemm gie li ndum immahhah u ntalla’ u nnizzel qabel ma naghti bidu ghall-kitba. Izda min-naha l-ohra, pjan jew disinn fuq fuq dejjem naghmlu f’mohhi. Ghad li qajla nhobb noqghod ghal dik li hi “a hard and fast rule", kien hemm drabi li fihom, qabel ma bdejt naqta’, qist u qist u qist..Fl-ahhar mill-ahhar, imbaghad, biex tikteb irid ikollok fuqiex, u li biex poezija tirnexxi trid tkun tassew imnebbha. Regola ohra ta’ min ighozzha bis-shih fil-kitba tal-poezija hija din: jekk tista’ tinqeda b’zewg kelmiet biex tfisser dak li tixtieq, tiktibx tlieta jew erbgha. Ftakar dejjem ukoll li damma ta’ versi, kienu kemm kienu sbieh u mexxejja u jdoqqu tajjeb fil-widna, mhux dejjem jaghmlu dik li hi tabilhaqq poezija...Il-hagar ghaziz (prezzjuz) qatt ma nstab bir-rfus u bir-radam! Ghax kieku ma kienx jibqa’ jissejjah hekk.

6.3.1962
Il-poezija ghandha mill-imhabba li fuqha jitkellem San Pawl fl-Ewwel Ittra tieghu lill-Korinti, XIII, 1-13. Il-Poezija la tghir, la tobghod u lanqas ma taghmel jew tixtieq deni lil ghajrna. B’dankollu, Hi m’ghandhiex xaba’ f’dak li hu mixi ’l quddiem jew tixbit fil-gholi. X’norqmu fiha u fina nfusna dejjem insibu...Il-ghan tal-poeti ghandu jkun xi haga hekk ukoll - jigifieri dak li jilhqu, jekk jista’ jkun, il-perfezzjoni artistika. Naqblu jew le?

18.10.1964
Dwar il-ktieb gdid tieghek ta’ poeziji, ‘Ilhna tar-Rebbiegha’ nifrahlek u naghli mieghek. Nifrahlek ghall-kuragg li ghandek li bhali tistampa x-xoghlijiet tieghek; u naghli mieghek ghax naf kemm jinbighu tassew ftit il-kotba bil-Malti..Nizzikhajr ta’ kollox. Ghoddni u zommni dejjem b’wiehed mill-eghzez fost hbiebek.

17.5.1968
Li nahraq £1,200 fi hrug ta’ ktieb (Vatum Consortium) ta’ bejn 600 u 700 pagna biex imbaghad jinqara minn madwar mitt ruh biss, narah u nqisu dnub kbir li ma jinhafirx. U jien lil hbiebi u lil ghajri ma nhobbx insallabhom mieghi. Jekk jinhtieg, nissallab wahdi...Nixtieq kieku nippublika xi ktieb iehor, imma nhoss u naf li mhux ta' min. Ahna konna u ghadna ‘barranin’ f’pajjizna. Tnehhi xi erbgha bhalek u bhali, il-bicca l-kbira ta’ hutna l-Maltin f’Malta hsiebhom biss filli jistaghnew bl-inqas tbatija.

18.4.1969
Kieku taf kemm swieli u ghadu qieghed jiswieli tahbit u nkwiet u glied dan l-imbierek ktieb tieghi (Vatum Consortium). U dan imbarra l-mijiet ta’ liri li jonqosni nhallas...biex narah xi darba stampat. Kieku taf! Sa avukat kien htiegli nqabbad, biex il-ktieb jitkompla; billi l-istampaturi, ma nafx ghaliex, wara li kienu hadmu sehem minnu, donnhom iddejjqu u ma ridux ikompluh. Hwejjeg li bilkemm jitwemmnu. Thallas il-belli flejjes (mijiet shah) biex tistampa ktieb, u taqla’ sahhtek u ghoddok tasal biex titla’ l-Qorti halli b’miraklu tarah xi darba mitmum! La l-Gvern u lanqas ebda wahda mid-Ditti Kbar ta’ Malta ma riedu jafu b’ghajnuna ghal ktiebi. Ebda habba ghajnuna ma nghatatli: u lanqas ghajnuna ohra f’dik li hi korrezzjoni ta’ provi. Marti u binti biss gie li kellhom jaghtuni daqqa t’id.

19.1.1971
Il-bierah..kif kont hiereg minn Putirjal...iltqajt mal-poeta Dun Frans li, kollu mghaggel, qalli li fix-xahrejn li dam l-Awstralja ha pjacir kbir bil-laqgha li ghamiltulu intom (L-Ghaqda Tal-Letteratura tal-Maltin fl-Awstralja).

IL-MILIED 1971
Nhar l-Erbgha, 1-12-71, il-Kummissarju Gholi Awstraljan ghal Malta, Sir Hubert Opperman, ipprezenta xi 60 kopja tal-ktieb tassew sabih taghkom, “Driegh Ma’ Driegh”, lill-Ministru ta’ l-Edukazzjoni u Kultura, is-S.na Agatha Barbara, biex jitqassmu fl-iskejjel tal-Gvern u fi skejjel ohra privati. Nifirhilkom u nizzikom hajr bis-shih.

18.10.1980
Flok ktieb ta’ qlib ta’ versi minn ilsna barranin hbatt kieku nithajjar nohrog ktieb b’gabra gmielha ta’ ittri li wasluli mill-1929 ’il hawn, fosthom xi tnejn jew tlieta milli bghattli s’issa int innifsek u milli baghtuli shabek u hbiebi msifrin x’imkien bhalek. Izda wisq nibza’ li mhux se’ jirnexxili naghmel dan: mhux ghax xi darba f’ghomri naqsitni r-rieda, imma minhabba xjuhiti u l-mard li gibitli maghha.

12.10.1983
Jisghobbija li whud minn hbiebi, jekk ma kinux hbieb taparsi, donnhom insewni ghal kollox u bdew ighodduni b’mejjet qabel ma mitt. Ma felhux jistennew ftit iehor. Waqtiet jaghtini li nibki: nibki mhux biss minhabba l-mardiet u l-ugigh li gibitli f’parti minn gismi xjuhiti (ghalaqt 70 sena f’Marzu li ghadda), imma wkoll minhabba l-ugigh li xi whud qeghdin igaghluni ngarrab f’qalbi. Qed ninnota li saret bidla ghall-aghar fil-qlub tal-kotra minn xi snin ’il hawn.

9.5.1984
Jekk kulma sehh fija wara l-1938 ma jaqbilx ma' dak li dhert jew kont tassew f'NIRIEN, il-htija tieghi hi li, aktar milli poeta, kont u bqajt dejjem bniedem - bniedem dghajjef tad-demm u l-laham bhal bosta ohrajn. Nitlob mahfra 'l-Mulej Alla u lill-qarrejja ta' NIRIENi wkoll.

18.10.1986
...poeti u kittieba u hbieb ohra li ghandi fl-Awstralja, ara ma jfettlilkomx tahsbu li jien ser ninsiekom xi darba. Kunu afu lkoll li jien ta' sikwit insaqqi hajr imhabbitkom bi dmugh imhabbti. U bhalissa tassew hiereg id-dmugh minn ghajnejja.
Hemm wisq x'wiehed ighid dwar "IRJIEH": 16-il poeta Malti...fihom pis gmielu u mhux lakemm taqbad u ggorru.

4.1.1987
(L-ahhar ittra tieghu miktuba fuq 'visiting card')
Ghaziz, tassew ghaziz habib ta' qalbi, Joe Saliba, poeta u awtur, nahliflek li xtaqt u ridt tabilhaqq, u ghadni nixtieq niktbilkom daqsxejn ta' recensjoni ghall-antologija "Irjieh", imma s'issa ma rnexxilix. Xjuhiti bil-mard ta' maghha u bl-inkwiet li ghaddej minnu minhabba li ninsab kif ninsab nixxfitli mohhi. Gie li jaghtini li ntemm hajti b'idejja, izda kull darba nsib xi jzommni lura.
...Lili hadd m'ghadu jghidli xejn - lanqas bit-telefon: tkabbru wisq it-taparsi hbieb li kelli.

KARMENU VASSALLO MIET TLIET XHUR WARA, FIS-7 TA' APRIL, 1987.

Il-versi li gejjin ta' Karmenu Vassallo huma xhieda tal-personalità qawwija u l-karetteristika genwina u onesta ta' bniedem u poeta kbir.

(Mill-ktieb tieghu "NIRIEN", 1938)
LIL...
Inti kelb bin il-klieb, u qalbek ghandha
mill-haxix kollu tajn ta' gol-widien...
Jekk ma jishtekx Min halqek
nishtek minflokU jien.

Int mohhok dghajjef: bniedem ta' qalb xierfa;
u, ghax bla hniena, m'intix bniedem kbir.
Jiena sultan tal-faqar;
inti tal-ghana rsir.

Jien immut bikri; inti le: haxixa
hazina u hajna, jghidu, ma tintemmx.
Ismek jidfnuh ma' gismek;
ismi jhozzuh fix-xemx.

(Mill-ktieb tieghu "HAMIEM U SRIEP", 1959)
LIL GASPARE PACE
(Silta)
Ilsieni jaf ixoqq daqskemm idewwi,
jibni daqskemm ihott,
bl-gholliq u x-xewk ixeblek
daqskemm bl-ghasel ibennen u bil-frott.
X'jien hdejn Orazju, Leopardi u Shelley?
Ghabra trab, hajta dell!
Imma bhalhom, bi vrusi,
naf inhannen u nhobb, nishet u nqell!

1 comment:

  1. Ghaziz Joe,
    Qed niehu gost hafna nidhol fil-blog tieghek u naqra dak li ttella' minn zmien ghal zmien. Is-siltiet mill-ittri li baghtlek Karmenu Vassallo huma interessanti u siewja ferm.
    Kompli aggornaha u tella' taghrif u poeziji sbieh u siewja.
    Sahhiet,
    Patrick Sammut Malta

    ReplyDelete