17 July 2009

L-AMBJENT U L-KITTIEB

Fil-blog ta’ habibi Patrick J. Sammut
www.patrickjsammut.blogspot.com
dan l-ahhar qrajt b’herqa kbira ghadd ta’
intervisti li hu ghamel ma’ numru sabih
ta’ kittieba. Element prominenti li kien
diskuss huwa l-ambjent u r-responsibiltà
tal-kittieb li juza l-arti tal-kitba biex inharsu
ahjar il-holqien kollu. Bhala reazzjoni ghal dak li
qrajt, qieghed ingib hawnhekk numru ta’ poeziji
tieghi fuq dan is-suggett. Xi whud minnhom
ktibthom xi ghaxar snin ilu.


PIENA PLANETARJA

Kemm tidher sbejha d-dinja mill-ispazju,
gawhra li taghti fl-izraq go sfond vjola,
ibhra, oceani, xmajjar ziguzajgi,
turgien ta' shab iduru garigori,
tizwiq ta' lwien fuq artijiet tal-pupi,
u kollox pajjiz wiehed bla fruntieri.

U jekk hemm hlejjaq ohra f'dinjiet akbar
u jahslu jitrombjawlna, tghid jarawna,
kif ahna naraw lilhom jiddu sielma
minghajr dettalji x'hemm qed jigri fihom?

Imma mill-qrib xort' ohra. Kulma qlajna
fil-bidu farraknieh. Nittinna l-ibhra.
Hammigna 'l-art u 's-sema u kulma fihom.
Biddilna d-dinja f'xbiha taghna nfusna.
U jekk xi darba kellna nindukrawha
lid-dinja ha' tmantnina, illum tlifnieha
dil-hatra ta' gwardjani u ghamilnieha
taghna bla qatt ma kellna fuqha l-jedd.

U fuq ir-ramel li wittielna kollox
l-istatwa ta' Memmnon m'ghadhiex tkantalna
kif maz-zerniq kienet tolqotha x-xemx.

JINQERDU DAWK LI QED JEQIRDU D-DINJA

Dal-lejl ma nistax norqod
u mohhi m’ghandux kwiet;
inhossni qieghed neghreq
f’bahar ta’ hsibijiet.

Id-dlam igibli xeni
ta’ wgigh u ta’ tbatija,
ta’ qtil, imrar u diqa,
ta’ jasar u kefrija.

Jurini met’ ghal sufhom
biccirna ’l-foki z-zghar...
Baxx baxx gellidna ’s-sriedaq
b’difrejhom jarmu x-xrar...

Qtilna liz-zwiemel joghtru
jo’ mwegggha tat-tigrija...
hallejna f’nofs l-arena
lill-barri agunija...

U nfidna l-ors bil-mohbi
bil-holoq go mnifsejh
u kaxkarnieh bil-ktajjen...
accjomu nharsu lejh...

O lejl, zammejtni mqajjem
nhewden kif lill-holqien
ma harisniehx bil-ghaqal
u shetna kullimkien.

Iccaqcaq ic-canfira
tal-hlejjaq imharbtin
li bl-ahrax qed jixluna
b’hatjin, hatjin, hatjin!

U jkollna nhallsu d-danni
talli l-ambjent kasbarna,
u ninsgu l-ghajb f’kuruna
tax-xewk ghal fuq qabarna.

Nota: It-titlu ta’ din il-poezija huwa kwotazzjoni mir-Rivelazzjoni11:18.

IL-KOLLEZZJONI TAL-FRIEFET

L-ghalliem m’ghallimniex sewwa...
Kien passatemp ghalih
li jaqbad u jibbalzma
kemm seta’ friefet sbieh.

Nghid issa xi dritt kellu
li jzomm f’kaxxa msakkrin
gol-hgieg daw’ l-innocenti...
darba kienu hajjin!

Tassew li lwienhom jidhru
minn barra sahharija,
’mma min hu mgarrab jifhem
xi thoss ir-ruh mifnija.

Ic-celel qatt ma nbidlu
f’burdelli ta’ pjacir,
u l-hakem qatt ma serva
jew obda lill-ilsir.

U l-jedd ghal hajja hielsa
ma rajtx fil-kollezzjoni
tal-friefet, ’mma ghall-kuntrarju,
l-eqqel kontradizzjoni.

IL-PAPPAGALL

Il-pappagall jitkellem
harrabtu ghax fid-djuq
ma flahtx narah imdejjaq,
imjassar u maghluq.

Harrabtu meta wliedna
kienu barra mid-dar.
Ridt niskans’hom mid-dehra
ta’ swied il-qalb u mrar.

Zmien twil kien ilu ghandna
dan l-imsejken t’ghasfur
mghakkes go gagga ckejkna
wara l-hadid idur.

Nahlef l’ghozzejtu bhalhom
daqskemm kien jaf. Xi lsien!
’Mma qalbi taret mieghu
meta tajtu l-helsien.

Skantajna! Ftit jiem wara
gol-bitha t-tfal lemhuh,
u hasbu, ghax saffrilhom,
lura xtaqhom johduh.

Farragthom: “Postu l-berah,
u biex din it-taghlima
tiftakru, gie jroddilkom
b’kull hajr l-ahhar tislima!”

MISSJONI ALBATROSS

Il-ponta ta' lsienhom
xkubetta kkargata fid-dlam...
Jistennew ghall-barka bikrija...
Qabel ma jbexbex,
l-imtiehen
jittewbu bla ziffa fuq l-gholja.
Hdejn xifer l-ghadira
l-imqadef iqattru
bid-dawl ta' qamar jirrifletti
fuq qliezet tal-plastik.
Hamrana l-ucuh,
gharqana l-ucuh,
bla sabar jishru biex ikunu tal-ewwel
ghall-qatla mat-tokk taz-zerniq.
Nista' qatt ninseg ghanja
bil-labar tan-niket
ghall-mewt mistennija?
Naqsam ghommti mal-qasab tax-xmara
u nistenna jifhmuni
ha' jgerrxu 'l-borok imbezzgha?
Nitla' nixher minn fuq minarett?
Naffruhom!
Itilqu!
Harrbuhom!
Mill-kaccatur ehilsuhom!
Mas-sebh fil-hin dikjarat
jinghata s-sinjal
biex tibda t-tragedja.
Titwaqqaf il-forka.
Tmut l-ewwel borka.
Wicc l-ghadira jihmar
bl-ghenieqed ta' rix u demm
maqtughin bl-idejn tal-qattilin.
Kif ghadna ma fhimniex
li meta noqtlu t-tajr,
il-hut u l-bhejjem,
ghall-gost u l-pjacir taghna,
nergghu nwaqqghu fuqna s-sahta tal-Bahhâr
u nqajmu mill-imwiet
dell l-Albatross?!
Kull sena
bi protesta
jibqghu jintnu l-katavri
tal-ghasafar protetti
fuq l-ghetiebi tal-Parlament Statali.

IT-TORRI

Fil-bajja ghall-ftuh tal-Wirja Ambjentali
mal-gurnalisti gew in-nies kurjuzi.
Wara kelmtejn mill-President inkixef
Monument fuq ir-ramla jmiss mal-bahar,
Torri tal-Melh gholi sular u jlellex,
esperiment modern t’arkitettura
mahdum u mtella’ minn student tal-arti.

Inkiss inkiss il-mewg kiber u lahaq
sa taht it-Torri illi bicca bicca
tnaqqar u tgerrem sa ma nhall gol-ilma.

Il-membri tal-Kunsill gibdu r-ritratti
ferhana bil-progett. Ohrajn...min tbissem...
min baqa’ mbellah b’dak li ra...min capcap...
min waqaf iccassat bic-cinga f’idu
tal-kelb idur u jxemmem qalb il-folla...
U xi hadd iehor -- bejn halltejn x’kien deherlu
dwar il-hela u l-abbuz ta’ flus mormija
u x’hila wera l-iskultur b’din l-opra --
tnikker, paqpaq il-horn u ssokta triqtu.

L-INKWIZITUR

Is-serp li gie fil-bitha
gheb...
imma m’ghosforx ghal kollox.
Ghax ma qtilniehx
b’xi mghazqa,
hallielna mat-tkexkixa
x-xbieha tieghu
tlebleb gox-xquq u t-toqob
tal-memorja.

Kien ibni z-zghir li rah,
u sakemm dahal
jigri jghidilna mbezza’,
is-serp
sparixxa.

Aktarx l-inxif tas-sajf
u l-art mikwija
ressquh
ifittex l-ilma
li nhallu barra ghall-klieb.

Issa,
jekk ghadu hawn,
min jaf fejn stahba u tgeddes?
F’xi ferq fl-injam?
go xi katusa mkissra
jew qasrija vojta?
Qalb saratizzi qodma,
laned,
gebel,
skart?

Stajna qallibna
kullimkien
u shaqnielu rasu,
’mma mhabba l-harsien
tal-hlejjaq
u l-ghozza tan-natura,
jista’ jergghalna lura.

Ghall-anqas nittamaw
li sa ma x-xitwa traqqdu,
jibqa’ mkebbeb fejn hu,
ma jfiggx fil-berah
fejn ghandna
z-zewgt iklieb jaghmlulna r-ronda.
Ghax wara kollox,
bejn is-sriep u l-klieb
nafu
liem’ huma l-hbieb.

AMBAXXATURI

Xena 1

Fis-Suq ta’ Salamanca, Hobart, b’wicchom
mizbugh hadrani u b’libsa trasparenti,
f’nofs ix-xerrejja, tliet tfajliet bhal statwi
jiddefendu l-ambjent bla armamenti.

Xena 2

Fil-berah tal-kampanja ghal gharrrieda
iceklem wahdu, jien u nsuq ninnota,
mal-genb tat-triq, ragel igorr fuq dahru
salib imserrah u migbud fuq rota.

Xena 3

Mal-lejl, bhal dell imnaffar, ragel xwejjah,
maghruf mill-bixra ghall-eccentricità,
johrog idur mal-belt u qabel jghosfor
ihazzez mal-hitan ‘Eternità’.

BANK TAD-DEMM

Il-gzira l-ohra illi tatni l-hajja
hdejn din li qed thotthieli bla serhan,
ghac-cokon sifja, farka ramel, tikka,
werqa go bosk, qatra ilma f’ocean.

’Mma jien hawnhekk imbieghed minn gheruqi
aktar minn cittadin ta’ zewg blatiet,
jiena wild l-univers indur fuq gebla
maqtugha mill-barriera tas-smewwiet.

U l-pezza drapp li minnha nqtajt hi wahda,
minnha tfassal kull bniedem ta’ kull zmien;
il-lewn tal-gilda jvarja bhall-fattizzi,
’mma demmna wiehed, shun, ahmar nirien.

Dad-demm ixoqq u bih tissaqqa l-qiegha
tmewweg f’kull art bi twapet ta’ peprin,
u slaleb fid-dezert u arbli fit-toroq
bil-fjuri jfakkru l-frak tal-imfarrkin.

Niehdu u naghtu d-demm, l-òrgani npartu,
biex forsi ntawlu s-snin u nbieghdu t-tmiem,
imbaghad noqtlu ’l xulxin, avolja l-loghba
nibdewha bit-titjir ta’ kocc hamiem.

TQANCIC

Il-grajja tal-bnedmin
katalgu ta’ successi u bravuri,
imhallta hallata ballata
ma’ telf u kundanni.
Il-bniedem ihuf u jissajja b’saqajh mal-art,
ihares ’il fuq, jissaltja, jithajjar jilhaq u jlahhaq
mal-Hallieq u jsib (jahseb) helsienu.
Il-bniedem zatat
jibni l-oghla torri gewwa Dubai konkrit u hgieg
f’gieh ismu.

O dawn l-eccessi tat-tamiet
li nilhqu s-smewwiet
bi slielem zlugati,
li nirbhu l-ispazju,
li nrossu u naqflu go kejla l-kalkoli
taz-zmien u tal-wisa’!

Ha nghidha kif inhossha: xbajt mid-dinja
ta’ gwerer, glied, razzizmu u terrorizmu.
Kollox sar idejjaqni fuq il-midja:
l-intietef u t-tqancic li nara u nisma’.
Nipotizmu, tixhim, opportunizmu.
Misluh daharna bl-gherik ta’ dawk l’ ghorokna.
Irjus li jhobbu biss jaraw il-kpiepel
ghalihom imnehhija;
purcissjoni
ta’ puritani
f’nofs it-triq
imgennba
b’gemgha ohra safja,
bla dnubiet,
troddilhom
hajr u tifhir ghal meta jmisshom huma
li jgorru t-tbatijiet fil-Gimgha l-Kbira.

U ssib f’nofs dawn il-folol
xi nies
ghala bieb ghajnhom minn kulhadd,
f’kawza u effett ma jemmnu qatt
u jghixu
bhalkieku
huma biss
jezistu
f’dinja li nxorbot, qdiemet.

Sirna rahal ckejken
u mank ma nafu nieklu
minn platt wiehed
ftit ross b’subghajna.

KOMPROMESS

Nghidu ma rridux izjed annimali,
u nispiccaw biz-zewgt iklieb, bl-akkwarju
u l-pappagall. Bl-ghajat girienna ddejqu.
Wiehed mill-klieb izappap, wara l-hgiega
ma niflahx nara l-hut maghluq u mjassar,
u l-pappagall hadilna rasna jtaqtaq.
Ma xi trid taghmel jekk it-tfal gabuhom,
ghalkemm ghall-ikel u t-tindif mhux huma
li jiehdu hsiebhom, kollox f’idejn marti.
Tmigh ghal kulhadd kif ghall-kelb it-tobba,
tilqim, licenzji, sa mill-bitha jkollna
kuljum innaddfu l-hmieg ghax se jnittnuna.

Ma nafx x’inhu l-ahjar. Bihom? Minghajrhom?
Il-klieb tal-ghassa, il-hut ileqq jghaxxaqni
b’tizwiq ilwienu, u l-ghasfur jitkellem,
johrog u jidhol kemm irid mill-gagga.
Il-hut twieled fil-hgieg, ghaliex nithassru?!
Il-klieb isibu kollox lest. X’jonqoshom?!
Sa saqqu fil-garaxx ghall-kenn frixnielhom.

Li kieku l-hut, il-klieb u l-pappagall
jafu biex gejt, dawn zgur li jidhku bija,
’mma billi jidhku u jibku ma jafux
u lanqas jhewdnu kif qed naghmel jiena
ghax ma jirragunawx, nitkellem flokhom:
naccetta l-ikrah u s-sabih li jtuna
u nzommhom maghna...Waqt li jien, bla htija,
nibqa’ b’li ghandi. Min se jhenn ghalija?

No comments:

Post a Comment