VERSI GHAC-CENSURA
Dawn il-versi nixtieq li jkunu xhieda ta’ xi nhoss, x’nahseb, x’nemmen u tigribi ghal nofs seklu fl-Awstralja, ’il boghod minn Malta, b’religjon gdida li habbejt u haddant f’zghoziti meta kelli ghoxrin sena, wara li nqtajt u twarrabt mill-qadima ta’ tfuliti.
MANIFEST TA’ TWEMMINI
Habib, tghoddnix b’Kattolku ghax m’ghadnix.
Fil-kalendarju ta’ kuljum m’ghandix
festi ta’ ‘qaddisin’. It-talb mitruh
ghal dawk li mietu, billi vojt, maqtugh
minn dmirijieti. Nitlob ghall-hajjin.
M’hemmx x’taghzel bejn il-bhejjem u l-bnedmin.
Kohelet qal, il-mejjet ma jaf b’xejn;
il-mejjet mejjet, bla widnejn u ghajnejn;
kelb haj ahjar minn iljun mejjet smat.
U kollox, kollox, frugha tal-frughat!
M’hemmx ‘qaddisin’ ghal talbkom. Lill-mejtin
tweghdulhom fis-smewwiet il-premju bnin
flok qiegh l-infern, il-qabar, fejn kulhadd
ghandu jispicca -- dan huwa l-kuntratt.
Pasprulek li xi angli rribellaw
kontra Alla u saru xjaten jittantaw
lill-bniedem. Ahna x-xjaten, l-ghadu haj
tas-sewwa, ahna s-sriep li gibna l-gwaj
tad-dnub u l-mewt, l-ugigh, is-sahta u l-mard.
Se jkollna f’din id-dinja l-genna fl-art
meta Gesù jkun fostna l-Kmand, sultan
tas-slaten f’hajja eterna ta’ serhan
mill-gwerer u min-niket, l-ghakx u d-dmugh,
fejn mieghu jiggvernaw dawk li jhobbuh,
u l-hlas ghall-imwarrbin id-dlam dejjiem
tal-mewt fil-qabar, bla mistrieh, bla sliem.
M’ghadnix tal-Mara u tal-Bhima lsir.
Dawn tmiemhom wasal u se jkun bil-kbir!
Mela, minn bejn is-seba’ gholjiet, habib,
ahrab qabel il-hruq, l-ghawg u t-tigrib!
Twemmini safi bla tingis pagan.
Slittu mill-Bibbja, mhux mill-Vatikan!
ENCIKLIKA BLA BOLOL
Nahseb li ma smajtux
bl-esperimenti
ta’ sperma muzikali
mal-hajt tal-garigor
fuq xebba illi ommha
kienet tmur tittallab ghal bintha l-ohra
li taparsi riditha
tmurhielha soru.
Lanqas nahseb ma smajtu
bil-hwat
ghall-hasil
tal-hwejjeg
fuq il-bjut ta’ Vincenti Buildings
Triq l-Ifran fil-hamsinijiet
fejn kien jitla’ z-zebbiegh mizzewweg
jahsel
xi zewg sefturi
zghar daqs bintu.
Imma fuq dan li tahsbu:
fid-demm ta’ Dun Gorg Preca
li zamm it-tabib tieghu ghall-fidili
bhala relikwa.
Lil Kristu,
minflok zammejtuh haj fil-qiegh ta’ qalbkom,
qajjimtu x-xbieha tieghu bic-cuqlajti,
ksejtuha bil-vernic u fuq spallejkom
mat-toroq dortu biha
bhal ghogol tad-deheb fin.
Daz-zmien m’ghadhomx jinbnew bazilki bl-indulgenzi
u bwiet il-qassisin m’ghadhomx jittaqqlu
daqs qabel bil-quddies ghall-erwieh mejta
biex ma jinxtwewx fit-tul fil-purgatorju.
Dil-genna kollha ma niflahx ghaliha!
IC-CELEBAT
Qassis modern b’kullar ftit issikkat
xhin irrikkmanda d-dmir tac-celebat
imdejjaq hassu bih u qisu fgat.
RELIKWI
Ma nazzardax nibni l-futur fuq holma
li fit-thewdin tal-mohh webbluni biha.
Hemm min jemmen bir-ruh li tigi taghha
meta fl-infern titbaskat
jew fil-genna
xi darba tmur tithenna.
Ohrajn hsiebhom fis-shab...
fil-qaddisin jitbahhru
bil-mewg ta’ talb fidil jinbaram lejhom
xhin dawk ta’ fuq
b’xita ta’ grazzji
mad-devoti taghhom jerhu jdejhom.
Hemm dawk li jbusu l-brieret
mill-Gharb tal-Gzira Ghawdxija.
Ohrajn li ghal dnubiethom
jehel denb Lucifru
u jghidu m’ghandhomx tort
ghax dak hu l-htija
ta’ kull nuqqas f’hajjithom
u ta’ kull ghelt f’did-dinja
bil-hazen hekk mimlija.
Nisimghu x’jahsbu n-nies sabiex nitghallmu
ghax minn dan l-gherf dejjem niehdu xi haga
u m’hemm xejn mohli,
imma sikwit,
billi l-fehmiet jinbidlu,
jew nemmnu fl-ghama,
jew mghammdin ghall-ahhar,
bla hsieb ta’ xejn insibu lil twemminna
li fuqu mxejna u li fih intlifna
qed jixwi lilu nnifsu fiz-zejt moqli.
Ma nazzardax nibni l-gharix
fuq art taflija.
PROFANITÀ
Tghid sirna aghar maz-zmien?...B’diqa ghal missierhom,
Eli l-Qassis il-Kbir, dardru d-dmir taghhom
iz-zewg subien meta fit-Tabernaklu
meddew lin-nisa, raqdu u zienu maghhom.
Il-Mara fuq il-Bhima ggieghlek tirkeb
warajha u kif l-Unjoni Ewropea
tqassam lill-imsehbin, lilek tbamballek
spiritwalment il-mard tal-gonorea.
Kanonku f’nofs il-kor jintona s-salmi,
joffri l-inbid u l-ostja fuq l-artal,
minn fuq il-pulptu jishaq fuq is-safa,
imbaghad fis-sagristija jmiss ’it-tfal.
Mhux talli flok tezor sibt il-flus foloz
meta l-ghalqa qallibt u bdejt inqejjes,
anzi xammejt jien stess l-ipokresija:
m’hemmx x’taghzel bejn il-briedel u xi knejjes.
L-EWWEL GEBLA
O x’qed jaraw ghajnejja!
Fiex gejna?! Fejn sejrin?!
Tlifna kull direzzjoni
bhal fkieren maqlubin.
Bandist li jhobb inemmes
jiftah malajr hanut
hdejn skola sekondarja
ghat-tfal subien migbud.
Ragel xwejjah tal-qniepen
jiggerra fuq il-bjut
tal-knejjes mnejn it-tifel
jahrablu, jaqa’ u jmut.
Ministri tal-pulitka,
irjus t’ghaqdiet u qrati;
sa gewwa l-presbiterji
b’dan-nies l-irkejjen fgati.
Qassis mghawweg bhall-virga
joqtol ghall-purità
li ghandna lkoll inzommu,
’mma f’hajtu rarità.
U b’ghajb ghal dinu u dmiru
jiehu guvnott id-dar
u juri bi hzunitu
kemm hu bniedem mill-aghar.
Kien zmien meta s-suttani
hsibtuhom jghaxxqu t-triq;
ghosfru, ’mma dell ftit minnhom
baqa’ ghas-suttar u l-bzieq.
Mill-Kurja jmorru jqerru
ghand Borgia l-Bugarrun,
u min jistenna l-barka
minn ghandhom jahbi l-qrun.
Tal-pulptu, tal-pastizzi,
u xi mhallfin tal-mazza,
surmastrijiet u ohra
ta’ kull livell u razza.
O x’qed jaraw ghajnejja!
Fiex gejna?! Fejn sejrin?!
Tlifna kull direzzjoni
bhal fkieren maqlubin.
INVOKAZZJONI
It-tfal fit-triq dejqa dejquha
iwerzqu fil-loghob bil-ballun
quddiem il-bieb taghha u jahasra
imisshom jaghtuha ragun.
L-irqad hu kalvarju ghaliha
bl-istorbju u l-ghajat tal-girien
f’xi pârti kultant meta ’l-muzka
thoss thezzez sas-sebh lis-sisien.
’Mma l-aktar li tgerger, miskina,
ghax tahdem billejl, u binhar
tistrieh mix-xoghol iebes ta’ qahba
li sservi l-klijenti fid-dar.
Qassis qalli tajjeb: kull bniedem
li jaqla’ l-ghajxien ghandu l-jedd.
Tassew! Gharkopptejh jew bilwieqfa,
bilqieghda! U din xhin timtedd!
HADD MHU MA TIEGHU
Illum fiz-zfin tat-tigijiet
hadd mhu ma’ tieghu
hlief Fonzu l-ballarin
jizfen ma’ siehbu
Wigi tat-tamborlin.
’Mma f’nofshom jigru t-tfal
ghax tieg bla tfal bhal zwieg minghajr ulied.
Nifirhu bit-tfal zghar u kif narawhom
qed jikbru
jigi l-hsieb: kemm hi qasira
hajjithom u hajjitna!
Mur ghidlu
lil Pietru tac-Caqquf,
buznannuwi,
li kien fuq skuna ma’ xi hbieb
isalpa
lejn Monte Carlo
biex jilghabhom hemmhekk,
bit-tfal li gew warajh.
Imma lili
Alla halaqni cuc.
Id-dnub li writt ghalija hu dan:
uliedna aktar makakki
minn dan ix-xih ta’ qrib is-sebghin sena.
Jghadduh
minn ghajn il-labra
u bl-ingassi jdawwruh.
Ix-xjuh jghidulna dari mhux bhal zmienna.
Illum m’ghandnix rispett.
Insew l-ghonienel
kemm satru tahthom gwief ta’ demm barrani
li habblilhom giehhom.
Ghall-antenati karfa z-zghazagh taghna
ghax jizzewgu darbtejn; huma li baqghu
imhabba l-knisja, x’jghidu n-nies, u t-tfal.
ULURU
Jigu l-kbarat minn Malta u jparprulna
b’hafna paroli li se jwettqu kollox,
b’weghdi ta’ gid li ftit li xejn jissarrfu
fostna l-imsiefra, imma b’liema hegga
jiddikkjaraw xortina bla ma jfakkru
li dak li ghandna hdimna ghalih, mhux huma
tawhulna shun fuq platt. Gew ghall-kirjanza
u jibqghu jigu sakemm ahna nqumu
minn dan il-hmar il-lejl li qed johnoqna
bl-inhiq giddieb li ghadhom ihobbuna.
Ejjew nifirhu b’rixna ghax jekk innizzlu
l-ghodda li qbadna u nhalluha f’rokna,
nitilfu s-sehem li tajna s’issa: xogholna,
il-kitba, il-kanzunetti, l-ghana taghna,
ilsienna, ir-radju u l-palk. Inbierku
lil dawk tal-bidu fl-oqsma kollha mxierka
m’ohrajn l’ ghadhom jithabtu biex bejnietna
nibqghu maghquda ghall-ahjar. Inzommu
bis-sahha taghna u minghajr ebda rtokk
l-identità li bnejna fuq Ayers Rock.
Nota: Uluru jew Ayers Rock huwa monolit kolossali
f’nofs l-Awstralja, b’dawra ta’ 5 mili, 1000 pied gholi,
u mil u nofs midfun taht l-art. Dan il-post bil-leggendi
u t-tpingijiet antiki tieghu huwa sagru u sinifikanti
hafna ghall-Indigni Awstraljani.
BHALL-HAXIXA TAS-SAQQIJIET
Il-mingel Tork li ried jaghmilna trietaq,
l-iljun Ingliz li skitna taht gerzumtu,
il-pett Nazist li xtaq jghattanna b’rifsu,
u l-imperjalisti
illi ghalihom fettahna
l-haxixa tas-saqqijiet
biex jorqdu fuqna komdi u bla strapazz,
fejn huma llum?
Taru mar-rih jew tkissru jew iddghajfu.
U intom ghadkom hemm,
izda’issa
bhal saba’ tafli
ta’ sieq l-Unjoni Ewropea.
FESTIN
Inhabbru l-mewt
ghal dawk li jisthoqqilhom
u jmisshom jisthu.
Johrog il-bandu biex fil-pjazza jqabbdu
taht kaldarun daqsiex hgejjeg kontinwi
u jitfghu fl-ilma jbaqbaq
lill-viljakki
li jsaltnu ma’ saqajna
jinsultawna
bl-ghemejjel koroh u d-dnubiet
imwettqa
bla sens ta’ ndiema.
Ma’ tmiem il-bandu l-baned b’ritmu mqabbez
idoqqu l-innijiet dwar dil-kefrija
li saret bicca wahda minn hajjithom.
Mal-hoss tat-tamborlin jinstema’ l-biki
ta’ dawk imwaddba fl-ilma li stenniehom.
Is-sindku fl-gholi
jikkalkula l-krizi
ta’ din l-inkwizizzjoni
u kemm nies gew ghal dal-festin ta’ dwejjaq.
OASI WAQT IL-BTALA
Kemm qieghed tajjeb
hawn
gewwa l-Awstralja.
Madankollu
niftakar
waqt il-btala
fdewni xi ftit
il-kxif
tal-monument-tifkira
ta’ Karmenu Vassallo
gewwa s-Siggiewi,
il-Katakombi
ta’ San Pawl ir-Rabat,
Marsaxlokk
u l-Barrakka ta’ Fuq,
xi qraba u hbieb,
u fuq kollox
il-laqghat familjari
ma’ huti fi Kristu,
il-Christadelphians,
Walter, Josephine, Victor, Salvu u Gino,
ma’ Derek u Mike,
oasi ta’ ferh u farag f’dezert Nisrani.
No comments:
Post a Comment