MANWEL CASSAR twieled l-Imsida fit-3.1.1933. Fl-1955 izzewweg lil Josephine Spiteri (ghandhom hamest itfal) u fl-istess sena emigraw ghal Melbourne, l-Awstralja. Hadem bhala ghalliem u fic-Civil. Fl-1959 waqqaf L-Ghaqda tal-Letteratura tal-Maltin fl-Awstralja li issa ma tiffunzjonax. Kien President tal-Maltese Literature Group -- Grupp Letteratura Maltija. Kittieb stabbilit, poeta, prozatur u pittur li jesebixxi spiss. Imsieheb f’bosta ghaqdiet letterarji f’Malta u fl-Awstralja, fosthom l-Akkademja tal-Malti. Xoghlijietu nstemghu fuq il-mezzi tax-xandir u dehru f’ghadd kbir ta’ gazzetti, gurnali u antologiji. Jikteb bil-Malti u bl-Ingliz. Kwalifikat bid-Diploma, bil-B.A. u bil-Postgraduate Diploma fl-arti u issa qed jistudja ghall-M.A. fil-letteratura u fl-arti Maltin-Awstraljani. Din il-poezija tirrifeletti, fost hwejjeg ohra, sfond multikulturali fejn jiddomina s-sens storiku Awstraljan.
FIL-KAZIN TAR-RETURNED SERVICES LEAGUE, EAST BENTLEIGH
Ma jixjihux kif ahna
li bqajna hawnhekk nixjiehu.
Ahna lhaqna s-sittin,
ahna lhaqna s-sebghin,
... imm’ahna ma xjahniex,
ahna nizfnu mal-muzika
Spanish Eyes,
Down By The River Side,
You are my sunshine,
my only sunshine
you make me happy
when skies are gray
......
Ilbiesna joqoghdilna,
l-antaccjoli jlellxulna,
sema Texan u smewwiet ohra jitbissmulna,
il-qargha tidhebilna taht il-globu elettriku,
iz-zarbun ibblakkat ileqqilna,
induru cippitatu fuq ponot subghajn saqajna
bhall-qawsalla t’isem il-banda ddoqqilna,
imdendla zaqqna ta]t ic-cinturin.
Huma ma jixjihux -- kif jistghu?
Fit-truncieri tal-qobra middewhom
fl-ahjar ta’ hajjithom,
xagharhom ceda ghall-haxix selvagg,
lahamhom ga miksi bit-trab tat-taqbid
neza’, thallat ma’ l-iehor,
fil-kanali sotterranji ta’ mnifsejhom imekkek igerrem id-dud,
il-hofor t’ghajnejhom jiddemmghu
bix-xita li tnixxi,
ma tistenniex li l-Mewt
tehtieg tistudja l-binja
tal-ghadam uman
jew qieghda tghasses process it-tmermir?
Huma ma jixjihux -- kif jistghu
la l-haj jixjieh?
... Izda lanqas ma xjahna
ahna li nizfnu kull zifna,
ukoll tax-xjuhija,
ghajnejna Awstraljani, Spanjoli, Maltin... ileqqulna,
f’xatt ix-xmara taz-zmien ninhabbu,
ix-xemx thobbna minn smewwiet cari
u l-mahbuba xxemmixna minn smewwiet grizi
fil-pajjiz ixxurtjat.
FIL-KAZIN TAR-RETURNED SERVICES LEAGUE, EAST BENTLEIGH
Ma jixjihux kif ahna
li bqajna hawnhekk nixjiehu.
Ahna lhaqna s-sittin,
ahna lhaqna s-sebghin,
... imm’ahna ma xjahniex,
ahna nizfnu mal-muzika
Spanish Eyes,
Down By The River Side,
You are my sunshine,
my only sunshine
you make me happy
when skies are gray
......
Ilbiesna joqoghdilna,
l-antaccjoli jlellxulna,
sema Texan u smewwiet ohra jitbissmulna,
il-qargha tidhebilna taht il-globu elettriku,
iz-zarbun ibblakkat ileqqilna,
induru cippitatu fuq ponot subghajn saqajna
bhall-qawsalla t’isem il-banda ddoqqilna,
imdendla zaqqna ta]t ic-cinturin.
Huma ma jixjihux -- kif jistghu?
Fit-truncieri tal-qobra middewhom
fl-ahjar ta’ hajjithom,
xagharhom ceda ghall-haxix selvagg,
lahamhom ga miksi bit-trab tat-taqbid
neza’, thallat ma’ l-iehor,
fil-kanali sotterranji ta’ mnifsejhom imekkek igerrem id-dud,
il-hofor t’ghajnejhom jiddemmghu
bix-xita li tnixxi,
ma tistenniex li l-Mewt
tehtieg tistudja l-binja
tal-ghadam uman
jew qieghda tghasses process it-tmermir?
Huma ma jixjihux -- kif jistghu
la l-haj jixjieh?
... Izda lanqas ma xjahna
ahna li nizfnu kull zifna,
ukoll tax-xjuhija,
ghajnejna Awstraljani, Spanjoli, Maltin... ileqqulna,
f’xatt ix-xmara taz-zmien ninhabbu,
ix-xemx thobbna minn smewwiet cari
u l-mahbuba xxemmixna minn smewwiet grizi
fil-pajjiz ixxurtjat.
Ghaziz Joe,
ReplyDeleteKelli l-hin nerga'naghti daqqa t'ghajn lill-blog tieghek. Il-materjal siewi u interessanti qed jizdied sewwa. Hadt gost naqra xi versi minn tieghek u anki l-kummenti li nizzilt dwar il-poezija u l-kritici. Tajjeb li ntellghu fuq il-blogs taghna taghrif dwar kittieba wkoll. Dan hu ghelm ta' altruwizmu, mhux monopolju u egoizmu. Il-parti l-kbira jbatu minn megalomanija u jahsbu li huma biss kapaci jiktbu versi tajbin u l-bqija jistghu jmorru jaqbzu.
Insomma, inheggek tkompli zzid aktar materjal siewi. Is-sliem u s-sahha lilek,
Patrick Sammut (Malta)