24 July 2009

NOTI MID-DJARJU TIEGHI DWAR IL-POEZIJA


NOTI MID-DJARJU TIEGHI DWAR IL-POEZIJA

Ikteb ghas-sodisfazzjon tieghek u mhux ghall-approvazzjoni u t-tifhir tal-qarrejja. Tistenniex lill-qarrej li jifhem il-versi tieghek kif kellek f'mohhok int. Anzi ahjar li l-qarrej ma jkunx limitat fl-interpretazzjoni ta' vrusek. B'hekk tkun hlaqt livelli differenti li jghinuh jespandi l-emozzjonijiet tieghu u jesplora orizzonti godda.
* * *
Lill-kritiku letterarju ghoddu dejjem bhala bniedem ta' vizjoni wahda tax-xoghol tieghek. Mitt bniedem mitt fehma. Bla ma jrid il-kritiku ta' sikwit jikkritika bi pregudizzju morali, intellettwali, socjali u politiku. Taghtix kas hafna tal-kummenti li jaghmel kritiku li qatt ma ppubblika vers ta' poezija. Il-kritiku letterarju li ghandu lsienu dejjem mimli velenu jitlef il-karriera tieghu. Daqsxejn arseniku hu stimulanti ghall-poeta, imma hafna velenu jeqred lill-kritiku nnifsu b'xi mod jew iehor (David Martin, Overland, 1962-63).
* * *
Aghzel l-istil li thossok komdu meta tikteb bih. M'hemmx differenza bejn stil tradizzjonali u modern, sakemm tohrog poezija tajba. Fl-Awstralja stess ghadna naraw il-poezija tradizzjonali mhaddma mill-ahjar poeti Awstraljani ta' zmienna.
* * *
Il-versi tradizzjonali jehtieg li jimxu dejjem fuq il-metrika fejn jidhlu r-rima, ir-ritmu, in-numru ta' sillabi fil-vers u hwejjeg ohra. Min-naha l-ohra l-poezija kontemporanja ma tfissirx bicca proza mqassma fi vrus biex tidher qisha forma ta' poezija. Iz-zewg ghamliet ta' versi jridu jinhaddmu bil-ghaqal u bis-sengha mehtiega.
* * *
Qis li l-poezija li tikteb ikollha xi haga ta' siwi u mhux hafna kliem vojt.
* * *
Il-versi awtentici ghandhom imissu l-hames sensi u jhalluna f'sens ta' ghogba.
* * *
Il-poeta jehtieg izomm il-kontroll fuq l-immaginazzjoni u d-direzzjoni tal-versi. Dan ma jfissirx li ghandu jkollu dejjem f'mohhu kif ser tispicca l-poezija, ghax tajjeb li l-poezija kultant tispicca ferm differenti mill-pjan originali tal-kittieb.
* * *
"Iddeskrivi sigra partikulari b'tali mod li ma tistax titfixkilha ma' sigra ohra." (Flaubert)
* * *
"Il-poezija aktar tinghogob meta tiftiehem fuq livell generali milli bit-dettalji kollha taghha." (Coleridge)
* * *
L-esperjenza poetika hi rizultat ta' kurzità u osservazzjonijiet li ma jaqtghu qatt.
* * *
Poezija ordinarja hi wahda li tirrifletti dak li l-poeta digà jaf fuq id-dinja ta' madwaru. Din il-poezija tkun akkademika, sfurzata, mekkanika, artificjali u bla ruh. Bil-maqlub, il-poeta genwin juza l-kitba biex ifittex u jesplora hwejjeg godda.
* * *
Uza vokabularju haj, mhux imqanzah; kliem naturali li thossok komdu bih u mhux kliem missellef li ma thossx rabta mieghu.
* * *
Hafna tixbihat f'poezija wahda sikwit itellfu l-unità u l-hsieb ewlieni li xtaq il-poeta.
* * *
Dak li nghodduh kontraversjali f'xi xoghlijiet poetici mhux l-ewwel darba li jkun il-verità li ma nkunux indunajna biha.
* * *
Zomm ruhek aggornat ma' dak li qed jinkiteb minn ohrajn b'kemm lingwi taf.
* * *
Dak li ma jinkitebx, imma jkun issuggerit biss, hafna drabi jkollu aktar effett u prominenza minn dak li jinkiteb, ghax anki l-kitba ghandha s-silenzji taghha.
* * *
Biex tohrog poezija tajba m'ghandekx bzonn suggetti straordinarji. Mill-irkejjen tal-hajja personali ta' l-awtur, bhat-twelid, bhall-hajja, bhall-mewt u bhall-imhabba, li huma fihom infushom temi universali, jixirfu l-isbah versi memorabbli u lirici.
* * *
Aqra, studja, tghallem...u ppublika meta tkun sodisfatt ghal kollox b'dak li tkun ktibt.
=================
=================

1 comment:

  1. Hi Joe,

    Hadd pjacir naqra din il-blog specjalment noti mid-djarju li jitfu dawl fuq il-hsibijiet tieghek bhala poeta u kittieb. hadd pjacir naqra wkoll il-kuntribuzzjoni tal-poeti l-ohra.

    Naf li ser inzur din il-blog ta spiss

    Manuel Casha

    ReplyDelete