13 July 2009

ELEGIJA

ELEGIJA

Miet Frank...Miet Gorg...
Kroat u Grieg...Girienna...
U maghhom, boghod minn arthom, il-Maltin.
Xi xbihat taghhom jaqbzu mill-gazzetta
u f’ruhna mnikkta jibqghu minquxin.

In-nies tal-gâr li dfinna jumejn ilu
ghad jigu jfarrgu lilna
bl-istess kliem
li bih sabbarna lilhom,
sakemm nidhlu
ilkoll
id f’id
fic-cirku minghajr tmiem.

Fid-dlam ta’ qlubna,
mal-gulbiena bajda,
b’gelbin id-dmugh ifaqqas il-faqqiegh
bis-semm vjola tas-safar u tal-firda
inixxi
fit-tajjar
dbabar ta’ wgigh.

U llupjati kif sirna
bl-idea tac-cittadinanza doppja,
il-mewt u d-difna f’dal-pajjiz
b’daqshekk distanza,
nisthajjilhom
mostru grottesk
ta’ zewgt irjus
taht giljottina.

Imm’issa ghalija
wara das-snin mifrud mill-art Maltija,
go dal-pajjiz
se jisfa ahjar u aktar ghaziz
minn gozz hamrija hemmhekk
l-irmied li nhalli hawn
f’wiehed mill-krematorji ndaf xummiema
ta’ Fawkner Memorial Park.

JOE SALIBA

No comments:

Post a Comment