04 September 2009

MANUEL CASHA



MANUEL CASHA

Twieled il-Birgu fit-13.12.1944 u trabba l-Kalkara. Studja f’De La Salle College. Emigra ghall-Awstralja fl-1963, fejn kompla jistudja. Mizzewweg lil Lesley Poyner u ghandhom zewgt itfal. Kiteb poezija, proza, u xoghlijiet muzikali ghall-palk, fosthom Il-Hanut ta’ Dwinu (1992), Kadanza (1998) u Malet (1999). Daqq ma’ gruppi ta’ muzika popolari. Barra li kiteb, irrekordja u pproduca kanzunetti u albums ghal kantanti u muzicisti Maltin, hareg l-albums personali, Fl-Abjad u L-Iswed, Rakkonti Mis-Seklu Ghoxrin, Neon u Tila mal-Budaj. Ma’ shabu hareg is-CD Veduti. Ha sehem u pprezenta programmi fuq l-istazzjonijiet tar-radju 3ZZ, 3EA, 3ZZZ, SBS, ABC u 3LO. Ghamel studju fuq il-muzika tradizzjonali tal-ghana u l-prejjem Maltin. Ko-awtur tal-ktieb ta’ poeziji Bejn Vjagg u Iehor (1979) u kontributur fl-antologiji Irjieh (1986) u Frott Iehor (1992) tal-Maltese Literature Group (Awstralja).

Mill-antologija Oceghanja li taghha Manuel huwa ko-awtur ghazilt dawn it-tliet poeziji li gejjin. F’dawn il-versi l-poeta jikxef hsibijietu u jghidilna xi jhoss f’dawn ic-cirkostanzi privati: waqt vjagg fuq il-ferrovija li jkollna naghmlu ta’ sikwit f’dan il-kontinenet hekk kbir anki biex forsi mmorru ghax-xoghol; stat ta’ mhabba li taghha ma jizvelax id-dettalji; u x-xewqa tal-poeta li jipprova jsib il-mistrieh fil-konteplazzjoni ghall-kreattivitĂ  artistika.


BILJETT

Xtrajt biljett tat-tren bla stiva,
garrejt mieghi biss il-hsieb,
Boghod mit-tieqa li turini,

Fejn hallejt...
Fejn wasalt...
Fejn sejjer...

Inxthett fost il-qlub mahruba,
Dizulluzi halleqin.
Taht l-avviz li jikkmanda,

La tpejjipx...
La tahsibx...
La tohlomx...

Boghod mill-hgieg li jirrifletti,
L-ucuh taghna imhassrin
B'gomom ta' min hu newtrali,
Maskarati, imgarrbin,

Fid-dlam...
Bla lsien...
Bla mhuh...

Id l-arlogg fil-hdax imwahhla,
Waqqfet habel id-destin
F'harba minn tjassir l-iskeda

Bla sensi...
Bla ghagla...
Bla tmiem...

Fejn il-karba tas-suffara,
Fil-lejl tidwi minghajr hoss,
Tmut fid-dalma ta' lejl iehor,
Xhin it-tren jghaddi mill-foss

Fil-wied...
Fis-skiet...
Fis-swied...


BIRDA

Bhal faham sewdieni
li mifrud mill-huggiega
jitlef hmuritu w jiksah...
iz-zmien berred ix-xrar...

Iz-ziffa tal-harifa qallbet
il-pagni lejn zmien minsi tar-rebbiegha
qabel ma gheb is-sajf
fi fdal ta’ memorji mcajpra
u skiet mohh imdamdam.

Minn hsejjes ta’ qlugh l-ghixien
smajtek issejjahli,
izda hallejt l-eku jintefa
f’widien ta’ prokrastinazzjoni.

Issa li l-ghasafar bdew ihejju
biex isiefru ghall-ahhar xitwa,
ftakart fik
u l-parti minn ruhi
li ma tajtnix lura...


GHALIJA BISS

Issemmilix ismijiet
jew liema filosofija
mahkum minnha,
x’rajt jien fik
jew int x’rajt fija,
toqob fl-Ozone
ajru mhammeg
jew zbilanc fl-ekologija,
tfal imgewha, f’xaghri niexfa,
dbieben, kokroc,
nies minsija,
l-ingustizzja ta’ did-dinja
min ihobbok, min joboghdok,
min hu mghawweg, min hu linja...
Issemmix geografija,
geometrija,
w gerarkija,
id-distanzi li qed tilmah
go ghajnejja
u il-firda,
tal-holm tieghi,
il-barzakka,
u l-kitarra
u t-triq li ghad tisraqni...
baxxi harstek suspettuza,
tgharrixx ghall-iskizofranja,
in-Nirvana,
titlobx l-ghana
illi l-bierah
qalbek mela,
ziffen ruhek
f’tlugh it-telgha,
f’tlugh it-tarag
tlieta, tlieta,
f’toroq twal,
itturufnati
fejn int fija sibt il-farag...

Jekk minn ghandi trid li weghedtek
nghidlek li ghidt lil kulhadd
dan il-jum hu biss ghalija
m’iniex lest naqsmu ma’ hadd

Xbajt mis-“soltu”
xbajt mill-“fiss”
dan il-jum ghalija biss...

No comments:

Post a Comment