27 September 2009

ULURU new poetry book for sale

ULURU
KTIEB GDID TA’ POEZIJI
TA’
JOE SALIBA
2009

Daqs A5; pagni 72; poeziji 87; bijografija.

Barra minn ghadd ta’ kontribuzzjonijiet f’antologiji ko-awturati, ULURU huwa s-seba’ gabra ta’ poeziji li JOE SALIBA hareg f’dawn l-ahhar hamsin sena li ilu jghix fl-Awstralja.

B’disinn originali bil-kulur li jzejjen il-qoxra ta’ quddiem bi xbieha tal-monolit Awstraljan ULURU (Ayers Rock) li ghalih imsemmi l-ktieb u stampat b’tipi cari fuq karta tajba u b’sahhitha u bijografija fuq il-qoxra ta’ wara, dan il-ktieb jigbor fih 87 poezija fuq diversi temi, xi whud minnhom kontraversjali. It-trattament tas-suggetti huwa liriku u personali ghall-ahhar.

It-temi dominanti mhumiex tal-wicc, imma jitrattaw il-hajja tal-poeta f’livelli kulturali, socjologici u psikologici fejn l-emozzjoni u r-raguni jippruvaw izommu bilanc prattiku f’dinja modernista fejn il-veritĂ  u l-gmiel tilfu, fil-fehma tal-awtur, kull impenn mill-bicca l-kbira tal-bnedmin. Ghalhekk jiehdu sura mhux mistennija t-temi tal-poeta, emigrant Malti fl-Awstralja b’identitĂ  konfuza, zghozitu b’religjon u spiritwalitĂ  godda, id-dinja multikulturali ta’ madwaru, imhabbietu, iz-zwieg ma’ martu Ingliza/Awstraljana, il-familja u xjuhitu f’art gdida li adottatu.

Jekk huwa possibli, l-awtur jixtieq li ULURU jinqara bla ebda pregudizzju ta’ religjon u patrija. Li kiteb ma kitbux b’kapricc, imma b’konvinzjoni tal-kuzjenza li tghidlu li kellu jiktbu. Halla barra ghadd ta’ poeziji tal-istess xejra li seta’ dahhalhom biex isahhah twemminu. M’ghamilx dan biex ma jidhirx dommatiku zzejjed. Dan ma jfissirx li qed jitlob apologija. M’ghandux ghalfejn. Ghalih il-kitba tal-poezija ghandha tirrifletti l-hajja reali tal-poeta nnifsu. Ma’ dan jghodd li fi lsienna sab l-aqwa ghodda li Alla zejnu biha biex ifahhar lilu u l-pjan divin tieghu ghal dinjitna li b’hasra ftit jafu bih.

Il-ktieb ULURU jinsab ghall-bejgh minghand l-awtur.
Ikteb lilu fuq dan l-indirizz elettroniku: jpasal@optusnet.com.au
Il-hlas ghandu jsir b’forma ta’ Bank Cheque lil JOE SALIBA.
Dal-hlas jinkludi l-pustagg bl-ajru.
Fl-Awstralja: $7 (dollari Awstraljani)
Malta: 15 Euros
Minn pajjizi ohra somma ekwivalenti ghal 15-il Euro.

No comments:

Post a Comment